Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 74

Festa 2020 Każin Banda San Pawl, Safi Niftakru … F’Anthony Busuttil, Bandist Onorarju tal-Għaqda Każin tal-Banda San Pawl, li miet fis-17 ta’ Settembru, 2019, fl-età ta’ 87 sena. Anthony Busuttil kien mhux biss wieħed mill-fundaturi tal-Banda San Pawl iżda wieħed mill-pilastri. Meta l-Kumitat tal-Għaqda kien iddeċieda li l-Għaqda kellha jkollha l-banda tagħha, peress li huwa kien ilu mal-ħamsin sena jdoqq mal- Banda Queen Victoria taż-Żurrieq, l-għażla biex titwaqqaf il-Banda waqgħet fuqu. Dak iż-żmien huwa kien talab lill-Mro Tony Pace (illum saċerdot) biex flimkien miegħu u Sylvana Camilleri, jibdew jgħallmu lill-aljievi. Huwa għamel ukoll żmien twil idoqq mal-banda tagħna. Anthony Busuttil kien jinteressa ruħu fil-ħajja Ħal Safija, u għamel riċerka dwar Ħal Safin tal-imgħoddi u dwar kif oriġinaw ċerti laqmijiet. Hu ħalla jibkuh lil martu Cecilia u uliedu Carmen u żewġha Peter u Josette u żewġha Reno, u Pauline fost oħrajn. Bintu Carmen wkoll ħalliet dan il-wied ta’ dmugħ ftit xhur wara. Dun Tony Pace li kien ordnat saċerdot flimkien ma’ disa’ saċerdoti oħra, fil-Knisja ta’ Kristu Re, Raħal Ġdid, fid-29 ta’ Ġunju, il-festa tal-Appostli San Pietru u San Pawl. Dun Tony, li għandu 67 sena, kien l-ewwel surmast tal-Banda San Pawl ta’ Ħal Safi tul is-sena 1989-90. Barra minn hekk, huwa waqqaf u dam imexxi għal snin Nifirħu lil … twal il-Kor ta’ Ħal Safi, Sine Macula. Huwa daħal fis-seminarju ta’ 63 sena, tliet snin wara l-mewt ta’ martu, Joan. Hu jistqarr li 24 siegħa qabel ma mietet, mingħajr ma jaf kif stqarr magħha li jixtieq isir saċerdot. “Sinċerament qatt ma kont ħsibtha qabel u dak il-ħsieb ġie f’moħħi dak il-ħin.” Dun Tony, li oriġinarjament huwa mill-Gudja, wara li żżewweġ għex u rabba familja ta’ tlett itfal f’Ħal Safi. B’mod jew ieħor kien viċin tal-ħidma tal-Knisja b’diversi modi matul is-snin. Sa 24 sena kien soċju tal-MUSEUM. Għamel kors l-Università fl-Edukazzjoni u speċjalizza fl-Istorja u t-tagħlim fl-iskejjel primarji, u kien għalliem tal-Istorja fis-sekondarja u Education Officer tal-Primarja fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni. Meta l-Kumitat tal-Każin San Pawl kien iddeċieda, fl- 1988, li titwaqqaf il-banda, Dun Tony kien beda jgħallem il-mużika fil-każin u kien mexxa l-ewwel kunċert li tat ilbanda fi żmien il-Milied tal-1989. Awguri u Ad Multos Annos Dun Tony. 72