Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 73

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020 u dixxiplina kbira biex jibqa’ jkun ta’ sostenn, speċjalment dawk li ġew milquta mill-virus; min iċempel lill-qraba u lill-ġirien biex jara kif inhuma u jekk humiex bżonn xi ħaġa; min jagħti ideat u jieħu inizjattivi biex possibilment familji ma jbatux ġuħ minħabba nuqqas ta’ xogħol u finanzi; min jipprova jgħin kif jista’ fl-edukazzjoni tat-tfal, speċjalment l-għalliema li b’sagrifiċċju minn djarhom ippruvaw ilaħħqu mat-tagħlim ta’ uliedhom, mal-faċendi tad-dar, u mat-tagħlim tat-tfal tal-klassi; u nistgħu nibqgħu nsemmu. Verament kellna nadattaw u xi drabi anke nivvintaw kif inżommu kuntatt ħaj ma’ xulxin, xi drabi anke bi sforzi kbar u tbatija personali, li jgħinuna nitgħallmu u napprezzaw aktar. Ngħixu Jum Festa mhux biss ta’ Radd il-ħajr, imma ta’ Karità u Ġenerożità Għalhekk jekk is-soltu bħala Parroċċa niċċelebraw festa lil San Pawl mifruxa fuq ġimgħa, din is-sena, dan se nagħmluh permezz ta’ jum wieħed, iżda li jrid iservi biex matul il-jiem kollha, speċjalment dawk li s-soltu niċċelebraw fihom, niffukaw biex nimitawh aktar u aħjar. Ħa nsejħu fuqna l-patroċinju tal-Appostlu Missierna Pawlu biex ikompli jifrex dirgħajh fuqna lkoll, isejjaħ lill- Ispirtu s-Santu fuqna biex jimliena bil-qawwa fid-dgħufija tagħna, tkun xi tkun l-għamla tagħha, u biex jagħmilna parroċċa/knisja dejjem aktar Pawlina, dejjem aktar qawwija fit-tama li toffri. Nitolbu għalhekk b’aktar ħeġġa din is-sena l-interċessjoni tiegħu, ħalli waqt li nibqgħu ngawdu saħħitna, nagħrfu niddedikawha aktar biex nikbru u nimmaturaw fl-imħabba tagħna lejn l-oħrajn kif uriena u riedna nagħmlu l-Mulej Ġesù, li fih u bih nistgħu naraw kif “Alla għażel id‐dgħajfa tad‐dinja biex iħawwad il‐qawwija; għażel il‐mistmerra mid‐dinja u n‐nies li ma huma xejn, biex iġib fix‐xejn ’il dawk li huma xi ħaġa” [1 Kor. 1, 27-28]. U jalla, din is-sena, nagħmlu aktar tagħna l-kliem li normalment jitkanta fl-Antifona hekk sinonima magħna l-Pawlini, sabiex jibqa’ jħarisna minn kull periklu tar-ruħ u l-ġisem, u jmexxina fit-triq tal-grazzja u tal-fejqan: Sancte Paule Apostole, predicator veritatis, et doctor gentium, Appostlu San Pawl, xandâr tas-sewwa u mgħallem tal-ġnus, intercede pro nobis ad Deum, qui te elegit. idħol għalina quddiem Alla li għażlek. Viva San Pawl u l-Festa t-Tajba lil kulħadd! Engineering Craft & Art Learning Centre / Outlet, Bolts & Nuts Mro Brian Bugeja ALCM (TD) Mechanical Engineer Triq il-Kuċċard, Ħal Safi Opening hours : Mon, Wed, Fri 4.30pm to 7.30pm Sundays 9.00am to 12.00pm Mob: 79604900 71