Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 147

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020 l-espressjoni lil Pawlu qed tfakkru li huwa midneb, qed tfakkru wkoll li jrid jobdi. Jiena naħseb xi ħaġa li l-Appostlu Missierna dam ħafna jaħseb fuqha u jixtarrha bħalma ħaseb ħafna drabi u baqa’ jixtarr il-fatt li Ġesù ma qallux: ‘Qed tippersegwita lid-dixxipli tiegħi, qed tippersegwita l-Knisja tiegħi’, imma jgħidlu: “Qed tippersegwita lili” (Atti 26:15). Għax dak li jsir lid-dixxipli tiegħu, Ġesù jgħoddu magħmul lilu nnifsu. U minn hemmhekk, kif nafu, kemm-il darba kelli ċans nispjegaha din il-ħaġa, Pawlu jiżviluppa mbagħad dik it-teoloġija sabiħa dwar il-Ġisem ta’ Kristu, il-Knisja hija Ġesù stess fl-istorja tad-dinja. U għalhekk diffiċli tgħid: ‘Kristu iva u l-Knisja le’ għax Ġesù ma jagħmilx hekk. Ġesù meta jippersegwita l-Knisja ma jgħidx: ‘qed tippersegwitaw lill-Knisja’ imma ‘qed tippersegwitaw lili’. U dan huwa fl-istorja. Imma l-Appostlu Missierna hu u b’umiltà kbira jirrakkonta dan id-djalogu, ma jiqafx hemm. Ma jagħtix biss l-għerq tat-teoloġija tiegħu, tal-identità bejn Kristu u l-Knisja fl-istorja, ma jfakkarniex biss li Ġesù fakkru li hu għandu n-niggieża tal-mewt li hija d-dnub u li hemm bżonn jobdi, imma jfakkru wkoll li l-missjoni tiegħu huwa li qed jibagħtu għand il-pagani. “Neħilsek mill-poplu u mill-ġnus pagani li għandhom qiegħed nibagħtek” (Atti 26:17). Dan ir-rakkont, it-tielet wieħed, Pawlu jispjega lil Agrippa din il-vokazzjoni partikolari tiegħu li jkun l-appostlu tal-ġnus. U Ġesù jispjegalu l-missjoni tiegħu lill-ġnus. “Biex tiftħilhom għajnejhom ħalli jerġgħu lura mid-dlam għad-dawl u mis-setgħa tax-xitan u jduru lejn Alla u bil-fidi tagħhom jiksbu l-maħfra tad-dnubiet u jkollhom sehem ma’ dawk li huma kkonsagrati lil Alla” (Atti 26:18). Imma Ġesù kif seta’ jagħti din il-missjoni lil Pawlu jekk Ġesù jidentifika ruħu, hu u jkellem lil Pawlu stess bil-Lhudi, jidentifika ruħu mal-Knisja? Ġesù qabel jagħti din il-missjoni lill-Appostlu tal-Ġnus, irid jikkonferma lill-Knisja li hija r-rieda tiegħu li l-messaġġ li Pietru u l-appostli fl-Għid il-Ħamsin kienu taw lil-Lhud li kienu ġew mid-dijaspora kollha u kienu diġà jitkellmu ilsna differenti, imma kienu Lhud li ġew għall-festa tal-Għid, dak il-messaġġ irid ikun messaġġ għall-pagani wkoll. M’ilux kelli l-grazzja li nżur Tel Aviv qabel mort nagħti konferenza Ġerusalemm. Qatt ma kont waqaft f’din il-belt għax ġeneralment aħna naslu l-ajruport ta’ Tel Aviv, min juża dak l-ajuport, u mal-ewwel tmur jew Nazaret jew Betlehem jew Ġerusalemm. Imma ddeċidejt nieqaf ftit sigħat u ħaduni fil-belt antika ta’ Ġaffa jew Yafo kif jafuha llum. Tel Aviv hija belt moderna imma l-iżjed belt antika qrib Tel Aviv hija Ġaffa. U Ġaffa kien post importanti ħafna għaliex kien il-port li jagħti għall-Art Imqaddsa. Hemmhekk darba minnhom Pietru jsejħulu biex jgħin lil waħda Tabita li kienet benefattriċi kbira u li mietet. Ġerusalemm ma kinitx ’il bogħod u Pietru kien f’belt qrib Ġaffa jisimha Lidda. U marru jsejħulu. Hawnhekk naraw il-qawwa ta’ Ġesù li tgħaddi fl-appostli. Pietru jitlob ħdejn is-sodda, fejn il-katavru ta’ Tabita u din tqum. “Tabita qum. Hi fetħet għajnejha u malli rat lil Pietru, qamet bilqiegħda” (Atti 9:40). Dan l-episodju, l-ewwel episodju li wieħed għadu jfakkar meta tmur fil-knisja ta’ San Pietru ġewwa Ġaffa, juri li l-qawwa ta’ Ġesù fuq il-mewt għaddiet ukoll fil-Knisja, għaddiet lill-appostli. Imma mbagħad Ġaffa hija wkoll il-memorja, jiena ngħidilkom għażiża wkoll għalina l-Maltin, fejn il-Mulej juri b’mod ċar lil Pietru li l-messaġġ ta’ Ġesù huwa miftuħ għall-pagani u allura għalina wkoll. U x’jiġri? L-Atti tal-Appostli fil-kapitlu 9 u 10 jagħtuna rakkont dettaljat ta’ x’ġara. Imma jiena se nislet silta mill-kapitlu 11 fejn Pietru stess jerġa’ jirrakonta xi ġralu f’Ġerusalemm lill-Knisja. Dak li aħna nqisuh bħala l-ewwel konċilju, l-ewwel laqgħa tal-appostli f’Ġerusalemm fejn ittieħdet din id-deċiżjoni importanti: li jagħrfu li Alla kien qed isejħilhom biex ixandru l-Evanġelju, l-Aħbar it-Tajba lill-ġnus. L-appostli u l-aħwa li kienu fil-Lhudija semgħu li l-pagani wkoll kienu laqgħu l-Kelma ta’ Alla. “Għalhekk meta Pietru tela’ Ġerusalemm dawk li riedu jżommu ċ-ċirkonċiżjoni bdew jeħduha miegħu u jgħidulu: ‘Int dħalt għand nies li m’għandhomx iċċirkonċiżjoni u kilt magħhom’. Imbagħad Pietru qabad ifissrilhom kollox ħaġa b’ħaġa u qalilhom: ‘Jiena kont qiegħed nitlob fil-belt ta’ Ġaffa, xħin kelli dehra f’estasi. Rajt xi ħaġa nieżla mis-sema qisha liżar kbir miżmum mill-erbat itruf u wasal sa ħdejja. Bqajt inħares lejh sewwa u rajt bhejjem tal-art b’erba’ saqajn, bhejjem selvaġġi, bhejjem li jitkaxkru u għasafar tal-ajru. U smajt leħen jgħidli: ‘Qum Pietru, oqtol u kul’. Imma jiena għedt: ‘Ma jkun qatt, Mulej, għax qatt ma daħal ġo ħalqi ikel profan jew imniġġeż’. Għal darb’oħra l-leħen mis-sema qalli: ‘Dak li Alla saffa, int m’għandekx issejjaħlu mniġġeż’. Dan ġara għal tliet darbiet imbagħad kollox ittieħed mill-ġdid lejn is-sema. Sewwasew dak il-ħin fid-dar fejn konna (kienet id-dar ta’ Xmun il-konzatur) waslu tlett irġiel mibgħuta għandi minn Ċesarija. L-ispirtu qalli biex immur magħhom bla ma noqgħod nitħasseb. Miegħi ġew ukoll dawn is-sitt aħwa u dħalna fid-dar ta’ dak irraġel ta’ Kornelju u għarrafna kif kien ra l-anġlu f’daru wieqaf quddiemu u qallu: ‘Ibgħat lil xi ħadd iġib minn Ġaffa lil Xmun li jgħidulu Pietru. Hu jgħidlek kliem li bih issalva int u l-familja tiegħek kollha’. Kif bdejt nitkellem l-ispirtu s-Santu niżel fuqhom bħalma kien niżel fuqna fil-bidu. Ftakart imbagħad fil-Kelma tal-Mulej meta qal: “Ġwanni għammed bl-ilma iżda intom titgħammdu bl- Ispritu s-Santu. Mela jekk Alla tahom l-istess don, kif tah lilna meta emminna fil-Mulej Ġesù Kristu, jien x’jien biex stajt inżomm lil Alla?” (Atti 11:2-18). Issa jekk tiftakru xi ħaġa li qal il-Papa Franġisku xi darba, f’idejkom. Jiena x’jien Pietru, biex stajt inżomm lil Alla? Meta semgħu dan il-kliem siktu u bdew jagħtu glorja lil Alla u jgħidu: ‘Mela Alla lill-pagani wkoll tahom l-indiema li twassal għall-ħajja’. Innutaw l-aħwa, din l-esperjenza fundamentali l-Mulej jagħti messaġġ lil Pietru u permezz ta’ Pietru lill- Knisja tiegħu imma mbagħad jagħżel lil Pawlu biex din 145