Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 146
Festa 2020 Każin Banda San Pawl, Safi
San Pawl ma ġiex biex jikkundanna imma
bl-id qawwija li tfejjaq u turi l-ħniena –
L-Arċisqof
Pontifikal Solenni fil-festa tan-Nawfraġju ta’ Missierna San Pawl
L-omelija tal-Arċisqof Charles J. Scicluna �
Fl-Atti tal-Appostli, il-ktieb li jagħtina r-rakkont
għażiż tal-miġja tal-Appostlu Misserna San Pawl fostna,
jirrepeti l-istorja u n-narrattiva tal-konverżjoni ta’ Pawlu,
Sawlu, tliet darbiet. Wieħed jinnota kemm dan ir-rakkont
huwa importanti biex dan it-tieni ktieb li kiteb San
Luqa: l-Evanġelju u l-Atti tal-Appostli, din il-laqgħa
tal-Imgħallem Ġesù rxuxtat ma’ dan ir-raġel minn Tarsu
propju nsibuha rrakkuntata tliet darbiet.
Illum nixtieq nibda r-riflessjoni tiegħi billi nfakkarkom
Pawlu stess xi jgħid meta jidħol fi djalogu ma’ Agrippa.
Ormaj Pawlu huwa priġunier. Hemm akkuża kontrih,
biex jinvestigawh kienu lesti jittorturawh bis-swat u
kif neżżgħuh u se jibdew jagħtuh l-40 daqqa neqsin
waħda, liċ-ċenturjun Pawlu jgħidlu: “Isma’ jiena ċittadin
Ruman”. L-Atti tal-Appostli jgħidilna li dan waqaf,
mar għand is-superjur tiegħu, qallu: “Isma’, inti tajtni
l-ordni nittorturah fl-interrogatorju imma dan ċittadin
Ruman. Nimmaġina li s-superjur ta’ dan iċ-ċenturjun
kesaħ għaliex kien assolutament ipprojbit li liċ-ċittadini
Rumani tittorturahom waqt interrogatorju. U allura
jgħidulu: ‘aħna ma nistgħux nittorturawk iddeċiedi x’se
tagħmel’. Qalilhom: ‘Jiena nappella lil Ċesari’.
Aħna parti minn dan il-vjaġġ li jieħu lill-Appostlu
Pawlu minn Ċesarija għal Ġerusalemm imbagħad minn
Ċesarija jerġa’ għal Ruma. Il-providenza riedet li jieqaf
hawn hu u sejjer Ruma. Imma f’dan il-proċess kollu li
dam u Pawlu dam fil-kundizzjoni ta’ bniedem arrestat u
priġunier tal-istat hu u jistenna l-appell quddiem Neruni,
Pawlu jkollu ċans jiddefendi lilu nnifsu quddiem Festu,
li f’Ċesarija ta’ Filippi kien qed jilqa’ wkoll lil Agrippa u
s-sultana Bereniċi.
U Pawlu jirrakkonta l-konverżjoni tiegħu b’dan ilkliem:
“Jiena u sejjer f’nofsinhar, sultan, rajt dawl aqwa
mid-dija tax-xemx ġej mis-sema u idda madwari u
madwar dawk li kienu fit-triq miegħi.
Waqajna lkoll fl-art u jiena smajt leħen jgħidli bl-ilsien
Lhudi: ‘Sawl, Sawl għaliex qiegħed tippersegwitani?
Iebsa għalik li teħodha kontra n-niggieża’. Jien weġibt
‘Min int, Mulej?’ U l-Mulej qalli: ‘Jien Ġesù, li int
qiegħed tippersegwitah, imma qum u ieqaf fuq riġlejk.
Għax jiena għalhekk dehertlek biex nagħmlek ministru
u xhud tad-dehra li fiha rajtni u ta’ dawk li fihom għad
nidhirlek. Neħilsek mill-poplu u mill-ġnus pagani li
għandhom qiegħed nibagħtek biex tiftħilhom għajnejhom
ħalli jerġgħu lura mid-dlam għad-dawl u mis-setgħa taxxitan
u jduru lejn Alla u bil-fidi tagħhom fija, jiksbu
l-maħfra tad-dnubiet u jkollhom sehem ma’ dawk li huma
kkonsagrati lil Alla.
Għalhekk, sultan Agrippa, jiena ma webbistx rasi
għad-dehra tas-sema. Imma kont inxandar l-ewwel lil-
Lhud ta’ Damasku mbagħad lil dawk ta’ Ġerusalemm u
tal-art kollha tal-Lhudija u lill-pagani wkoll li għandhom
jindmu u jduru lejn Alla billi jagħmlu opri xierqa ta’
ndiema. Minħabba f’hekk il-Lhud qabduni fit-Tempju u
riedu joqtluni. Bl-għajnuna li kelli mingħand Alla, jien
bqajt sa dan il-jum nixhed liż-żgħar u l-kbar u ma ngħidx
ħaġa oħra ħlief dak li l-profeti u Mosè qalu li kellu jsir,
jiġifieri l-Messija kellu jbati u jkun l-ewwel wieħed li
jqum mill-imwiet u jħabbar id-dawl kemm lill-poplu
Dan it-tielet rakkont li nsibu fl-Atti tal-Appostli hemm
dettalji li aħna ma nsibuhomx fiż-żewġ rakkonti l-oħra
tal-konverżjoni tal-Appostlu Missierna. Dan huwa propju
d-djalogu ta’ San Pawl ma’ Agrippa u r-rakkont tiegħu li
jintroduċi l-vjaġġ tiegħu lejn Ruma. Nistgħu ngħidu li dan
ir-rakkont tal-konverżjoni huwa essenzjali u importanti
anke għar-rakkont tal-festa tagħna tal-lum, għaliex f’dan
ir-rakkont tal-konverżjoni, Pawlu jagħti iżjed dettalji
dwar id-djalogu li kellu ma’ Ġesù fit-triq ta’ Damasku.
Waħda mill-affarijiet li ma nsibux fir-rakkonti l-oħrajn
huwa l-użu li għamel Ġesù minn qawl Grieg li kien
popolari ħafna dak iż-żmien u li Agrippa seta’ jifhmu
malajr u għalkemm Ġesù skont San Pawl qed ikellmu bil-
Lhudi, jgħidlu: “Iebsa għalik li teħodha kontra n-niggieża”
(Atti 26:14). In-niggieża, dan it-tekron, huwa propju (bl-
Ingliż jgħidulu ‘goad’) dak li inti ġġagħal lill-bhejjem
biex jobduk. Hija n-niggieża wkoll San Pawl jużaha anke
bħala n-niggieża tal-mewt. Jgħid n-niggieża tal-mewt
hija d-dnub, hija l-istess kelma. L-awtur, jgħidulna li din
144