Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 148
Festa 2020
Każin Banda San Pawl, Safi
il-ħaġa titwettaq konkretament. Il-providenza riedet li
din l-esperjenza qawwija li kellu Pietru f’Ġaffa twasslu
f’Ċesarija għand Kornelju li kien ukoll imnebbaħ minn
Alla. Alla jlaqqa’ lil dawn it-tnejn: lil Pietru u lil Kornelju
u Ċesarija hija l-port minn fejn Pawlu beda l-vjaġġ li
wasslu fostna. Ir-rieda ta’ Alla lilna tingħaraf permezz
tal-appostlu Pietru u tal-Knisja tiegħu u Pawlu ntagħżel
biex din ir-rieda ta’ Alla sseħħ. Kif jgħidu n-nies ta’
Ġerusalemm meta jisimgħu r-rakkont ta’ Pietru: “aħna
l-pagani konna msejħin biex induru lejn Alla u permezz
ta’ din il-konverżjoni tagħna ikollna l-ħajja. “Nibagħtek
għand il-ġnus pagani biex tiftħilhom għajnejhom ħalli
jerġgħu lura mid-dlam għad-dawl u mis-setgħa taxxitan
u jduru lejn Alla. U bil-fidi tagħhom fija jiksbu
l-maħfra tad-dnubiet u jkollhom sehem ma’ dawk li huma
kkonsagrati lil Alla” (Atti 26:18).
Pawlu wasal għandna, bħalma jgħid f’waħda millittri
tiegħu, ‘mhux bil-qawwa tal-kliem imma bil-qawwa
tal-ispirtu u tal-għemil”. X’kienet il-providenza li Pawlu
hu u sejjer Ruma jaħbat ma’ din il-gżira? X’kienet
Malta elfejn sena ilu? Min kienu l-Maltin li laqgħu lil
Pawlu fuq ix-xtut ta’ gżiritna? L-istudjużi jgħidulna li
Malta, għalkemm ħabiba tar-Rumani u kellha l-protos
bħalma kellha Sardegna, kienet għadha kultura Punika.
Nistgħu ngħidu li Pawlu ntbagħat l-ewwel għand sħabu
l-Lhud li ppruvaw joqtluh, mar għand diversi bliet ta’
kultura Griega, uħud minnhom għamlulu gwerra, oħrajn
irridikolawh u kienet parti wkoll mis-sejħa tiegħu li
jkollu jgħaddi min-niggieża tal-umiljazzjoni mhux biss
tan-nuqqas ta’ ħila tiegħu imma wkoll tad-dnub tiegħu
u tal-persekuzzjoni li kellu jgħaddi minnha. Imma kien
bniedem ukoll ta’ kariżma kbira.
Tbissimt meta jiena u nerġa’ naqra, bħalma nħobb
nagħmel kull sena, siltiet mill-Atti tal-Appostli,
insib fil-kapitlu 19 silta ma li ma tantx naqrawha
fil-quddiesa, almenu ma niftakarx li naqrawha.
“Alla kien jagħmel mirakli mhux żgħar permezz ta’
Pawlu hekk li meta kienu jieħdu mkatar jew fradal li
jkunu messew miegħu u jqegħduhom fuq il-morda, dawn
kienu jfiqu mill-mard tagħhom u l-ispirti ħżiena kienu
joħorġu minnhom” (Atti 19:11-12). Dik kienet il-qawwa
ta’ Pawlu. Anke biċċiet tad-drapp, imkatar u fradal li
kienu jmissu ma’ Pawlu kellhom is-setgħa li jfejqu. Darba
minnhom peress li kien hemm min jgħir għal din ilqawwa
ta’ Pawlu, kien hemm xi wħud mill-eżorċisti Lhud
iduru ma’ dawk l-inħawi u bdew isejħu l-isem tal-Mulej
Ġesù fuq dawk li kellhom l-ispirti ħżiena u jgħidulhom:
‘niskunġrak b’dak Ġesù li jxandar Pawlu’. Kien hemm
seba’ wlied ta’ wieħed jismu Xeva (qassis kbir Lhudi) li
kienu jagħmlu dan imma l-ispirtu ħażin weġibhom: “Lil
Ġesù nafu u lil Pawlu nafu wkoll imma intom min intom?
Imbagħad ir-raġel li kellu l-ispirtu ħażin ħebb għalihom
qalibhom ilkoll, qabadhom b’saħħtu kollha hekk li ħarbu
minn dik id-dar imneżżgħin u kollhom miġruħa għax ma
kinux ta’ Pawlu, kienu jafu b’Pawlu, imma ma kinux ta’
Pawlu.
Aħna nafuh lil Pawlu, aħna miegħu u ma’ Ġesù? Jekk
le, il-ħażin se jħarbatna bħalma għamel lis-seba’ aħwa
wlied Xeva. Imma jekk dan Pawlu li ġie bis-setgħa tal-
Mulej fostna, uriena l-qawwa tal-Imgħallem bil-qawwa
tiegħu fuq il-lifgħa velenuża u bil-qawwa tiegħu li jfejjaq,
il-Maltin min kienu? Dawn il-barbaroi min kienu?
Kienu ovvjament mhux mill-kultura Latina jew Griega,
għalhekk barbaroi. X’aktarx u l-arkeoloġija turina li sa
Żmien ir-Rumani, il-kult Puniku kien għadu ħaj, kien
hemm bżonn li Pawlu li kellu jxandar il-kelma ta’ Ġesù
lill-ġnus jgħaddi wkoll f’komunità Punika.
Id-disinn, il-programm, l-idea tal-providenza li Malta
jiġi fostna kienet parti wkoll ta’ din l-universalità tassejħa
li Pietru induna biha u kien illuminat fiha minn
Ġaffa għal Ċesarija. U Pawlu kien dan il-qaddej ta’ dan ilprogramm
universali ta’ ħniena għaliex il-Mulej permezz
ta’ Pawlu ma ġiex b’subgħa biex jikkundanna imma bl-id
qawwija li tfejjaq u turi l-ħniena. Imma Pawlu sab poplu
li kien jaf xi tfisser il-filantropija, dik il-ħlewwa liema
bħala. Bil-Grieg filantropija dik il-ħlewwa, hija dik li inti
tħares lejn il-persuna u tittrattaha b’umanità għax hija
persuna umana. U dan is-sentiment nobbli u naturali kien
fil-Maltin qabel il-miġja ta’ San Pawl. Din il-filantropija
kienet, biex ngħidu hekk, valur u mertu naturali li l-Maltin
ħaddnu meta taw akkoljenza umana, dinjituża lil dawk il-
276 ruħ nawfragati fil-ponta qrib il-Qawra.
Imma b’hekk ħadu xi ħlas? Il-ħlas li ħadu kien li
ltaqgħu ma’ Ġesù li hu wkoll huwa l-filantropija ta’ Alla
magħmul bniedem għax Ġesù Alla jħobb il-bniedem
u jilqa’ lill-umanità. Ġesù huwa l-misteru ta’ din ilfilantropija
li Alla jilqa’ l-umanità tagħna fih innifsu, Alla
jsir bniedem. Wieħed mill-patres tal-ewwel sekli kienu
jsejħu lil Ġesù wkoll filantropos: dak li jħobb il-bniedem.
Aħna llum nirringrazzjaw lill-Mulej talli permezz ta’
Pietru wera lill-Knisja li aħna wkoll bħala poplu pagan
konna msejħin biex nilqgħu l-Aħbar it-Tajba ta’ Ġesù. U
din l-Aħbar li ngħatat lil Pietru, il-Mulej wettaqha fostna
permezz ta’ Pawlu. Pawlu li kien mibgħut minn Ġesù fost
il-ġnus pagani “biex jiftħilhom għajnejhom ħalli jerġgħu
lura mid-dlam għad-dawl u mis-setgħa tax-xitan u jduru
lejn Alla u bil-fidi tagħhom”, bil-fidi tagħna, “niksbu
l-maħfra tad-dnubiet u jkollna sehem ma’ dawk li huma
kkonsagrati lil Alla” (Atti 26:18).
Kont qed naqra l-poeżija li l-poeta nazzjonali Dun
Karm kiteb bħal-lum 100 sena fl-1920. Mhix sunett
bħal tas-soltu, imma hija poeżija pjuttost maħlula dik li
kiteb f’San Pawl tal 1920, imma l-vers finali jfakkarna
li l-Mulej stedinna biex niltaqgħu mad-dawl u għalhekk
bagħtilna lil San Pawl – dawl u Pawl. Dun Karm jifhem
li l-isem ‘dawl’ għandu assonenza kbira ma’ San Pawl.
Mhux ta’ b’xejn meta ġie biex jikteb l-Innu Nazzjonali lil
Alla rringrazzjah u talbu biex jiftakar li lilna berikna bloħla
dawl għaliex aħna għalhekk ulied San Pawl.
Viva San Pawl!
146