Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 144
Festa 2020
Każin Banda San Pawl, Safi
Disinn eżempju ta’ tholos tomb Meċenej. (Ritratt: Joukowsky Institute for
Archaeology & the Ancient World, Brown University, Stati Uniti tal-Amerika)
centrally planned building mibni fil-bidu tal-1500. Dan
huwa l-bini hekk imsejjaħ San Pietro in Montorio, mibni
fuq l-għolja tal-Gianicolo, Ruma, biex ifakkar il-post talmartirju
u l-qabar ta’ San Pietru. Il-qabar ta’ San Pawl
qiegħed taħt l-altar maġġur f’San Paolo Fuor le Mura.
Din hija referenza interessanti għax centrally planned
building imur lura fiż-żmien għat-tholos tombs Meċenej
(il-lavur imsejjaħ ‘false arch’ bħat-tempji Megalitiċi
Maltin), it-tempji ta’ żmien il-perjodu Greco-Romano
(eżempju t-Tempju ta’ Vesta jew il-Verġini ta’ Vesta
fil-Forum Romanum), il-Kappella Pazzi (1442-43) u
Santa Maria degli Angeli ta’ Brunelleschi, f’Firenze;
San Biagio (1518-40), pjan ċentrali forma ta’
salib Grieg ta’ Antonio di Sangallo l-Kbir, barra
Montepulciano fit-Toskana, il-Bażilika ta’ St.
Maria delle Carceri (1400-1500) fi Prato ta’
ħu Giuliano da Sangallo u Santa Maria della
Consolaziane, (mibdija 1508) barra Todi, li hija
eku tal-arkitettura ta’ Bramante (kostruzzjoni
mibdija minn Cola da Caprarola u jintqal blgħajnuna
ta’ Baldassare Peruzzi.
Dawn l-eżempji juru kemm Raffaello kien
iħobb l-arkitettura Klassika antika għax fixxogħol
Is-Sagrifiċċju f’Lystra jerġa’ jirrikorri
għal tempju bi pjan ċentrali fl-istess pożizzjoni
ta’ dak użat f’San Pawl Jipprietka f’Ateni, iżda
din id-darba mingħajr il-kolonnat.
Raffaello kien pittur, arkitett, u dekoratur,
u famuż għad-disinn urban. Barra minn hekk kellu
studju kbir ta’ fdal arkeoloġiku, ta’ statwi klassiċi u bini
Klassiku.
Referenzi
¹
Mochi Onori, Lorenza: Raffaello e Urbino, pp. 344, Urbino,
Galleria Nazionale delle Marche, 4 aprile – 12 luglio, Electa 2009,
ISBN 978-88-370-6812-7, ©2009, www.electaweb.com.
²
Faietti, Marisa & Lafranconi, Matteo: Raffaello 1520-1483. Pp.
542, Scuderie del Quirinale, Roma, 5 marzo – 2 giugno, Skira
2020, ISBN 978-88-572-4308-5, © 2020, www.skira.net
Dr. Lorraine Caruana
B.Ch.D.
Crown Dental Practice
18 Triq il-Warda, Żurrieq ZRQ 1426
Tel: 2168 1682
Mob: 7982 5488
email: [email protected]
Open Monday to Saturday
Emergencies are accepted
142