Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 143
Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020
L-Immaġni ta’ San Pawl
f’Raffaello
E.V. Borg
F’Ruma, kien hemm wirja
blockbuster fit-2 ta’ Ġunju, 2020,
dwar Raffaello fl-iScuderie del
Quirinale għax wara li kienet
fetħet fil-5 ta’ Marzu 2020,
minħabba l-virus kienet għalqet,
bħala prekawzjoni kontra
l-infezzjoni (ara nota²). Din
il-wirja ppreżentat il-karriera
artistika (1500-20) ta’ dan ilġenju
waqt li l-wirja Raffaello e
Urbino, fl-2009, f’Urbino kienet
żvolġiet dwar l-ewwel erba’ snin
fil-karriera żagħżugħa tal-artist:
1500-1504 (ara nota¹).
Raffaello jippreżenta l-figura
ta’ San Pawl prinċipalment fi
tliet xogħlijiet. L-iżjed magħruf
huwa dak iddedikat – L-Estasi
ta’ Santa Ċeċilja, 1514, 220 x
136cm, Pinacoteca Nazionale,
Bologna. Xogħol armonjuż,
bilanċjat, klassiku. Is-suġġett
huwa l-poter tal-estasi u
l-mistiċiżmu li minnhom
titnissel l-ispiritwalità interjuri.
Il-kwadru jiddomina l-aħħar
sala fil-Pinakoteka Nazzjonali,
Bologna, iċċentrat fuq l-aħħar ħajt f’sens monumentali.
Il-kwadru huwa conversation piece, iżda s-suġġett kien
jitlob bidla radikali għax il-qaddisin u Santa Ċeċilja huma
mitlufin f’estasi u għalhekk m’hemmx konnessjoni bejn
il-protagonisti. Ix-xogħol huwa frontali u tinħass l-assi
li taqsam il-kwadru fi tnejn. Il-bilanċ qiegħed fiż-żewġ
qaddisin li jibbilanċjaw lil xulxin fuq iż-żewġ naħat ta’
Santa Ċeċilja.
San Pawl jidher rakkolt, ħosbien, mistiku, b’ċerta
gravitas klassika jew decorum. Il-figura tal-Madalena
tistrieħ fuq sieq waħda hija serpentinata fl-istil
innovatorju Manjerista, waqt li l-ħarsa ta’ San Ġwann
l-Evanġelista ssammar dik ta’ Santu Wistin. B’hekk
Raffaello jerġa’ jikseb unità, bilanċ u perfezzjoni. Percy
Bysshe Shelly, fl-ittri tiegħu, jiddeskrivi l-ammirazzjoni
għal dan il-kapolavur; Chastel jinsisti dwar l-importanza
tal-mistiċiżmu u l-estasi li ffoka dwarhom Raffaello;
waqt li Brizio jikteb dwar l-emozzjoni fiżika li minnha
titnissel l-ispiritwalità. Vasari jsostni li l-istrumenti talmużika
(natura morta ta’ ġmiel speċjali), uħud minnhom
L-Estasi ta’ Santa Ċeċilja, 1514, Raffaello,
Pinacoteca Nazionale, Bologna
miksura, huma xogħol Giovanni
da Udine, waqt li kittieba oħra
jsemmu artisti oħra li x’aktarx
ikkollaboraw f’din il-pittura.
Fl-1798, Napuljun ordna li
tittieħed Pariġi fejn fl-1801 iżżebgħa
taż-żejt fuq il-panew
kienet ittrasferita għal fuq it-tila.
Il-katalgu Raffaello 1520-1483
jillustra din il-pittura fuq paġni
204-205, waqt li fuq paġna 206
nsibu l-abbozz (c.1514, 26.8 x
15.3 cm) għal pittura li huwa
misluf mill-Musèe de Beaux-
Arts de la Ville de Paris, Pariġi,
Petit Palais.
Fil-Victoria and Albert
Museum, Londra, insibu San
Pawl Jipprietka f’Ateni (Atti
tal-Appostli, K.17: 16-34, 1515-
16), pittura fuq karta immuntata
fuq it-tila, 390 x 440 cm. Flistess
mużew hemm ukoll; Is-
Sagrifiċċju f’Lystra, (Atti tal-
Appostli, K14: 8-18, 1515-16),
pittura fuq karta mmuntata fuq
it-tila, 320 x 390 cm. Dawn huma
cartoons, biex fuqhom jitfasslu
u jintisġu t-tapezzeriji, ftit gimgħat ilu kienu mdendla
f’posthom fil-Kappella Sistina, Ruma, għal ġimgħa
sħiħa bi preparazzjoni qabel tiftaħ il-wirja f”Ruma, fil-5
ta’ Marzu, 2020. Fix-xogħol San Pawl Jipprietka f’Ateni
jidher bini Klassiku għall-antika mdawwar bil-kolonni li
jinħass referenza espliċita għat-Tempietto di Bramante,
Tempietto di Bramante, San Pietro in Montorio, Ruma
141