Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 142
Festa 2020
Każin Banda San Pawl, Safi
waqt il-fieri tal-każin. Jekk għadhom jeżistu, ta’ min
iżommhom għall-posterità. La qegħdin fuq it-tema talpalk
u teatrin, ta’ min jinkoraġġixxi li dan id-divertiment
nerġgħu nqanqluh, għaliex jiġbor flimkien firxa ta’ nies,
żgħażagħ u mhux daqs tant, li għandhom talent.
Il-karriera ta’ Wiġi bħala mastrudaxxa kienet
intemmet meta żarma minn dan ix-xogħol. Ir-remissa
kien dawwarha f’ħanut tax-xorb, il-Blue Star Bar.
Wiġi Monreal ħalla t-timbru tiegħu fuq numru ta’
bibien mal-faċċati ta’ djar f’Ħal Safi li llum jitqiesu
bħala wirt sinjorili u artistiku. Dawk li huma xxurtjati
li għandhom xogħlijiet minn ta’ Monreal, għandhom
jieħdu ħsiebhom, jikkonservawhom u jippreservawhom
fl-istat oriġinali tagħhom. L-iżball li sar fil-passat u li
sfortunatament għadu qed isir, huwa li bibien oriġinali
qegħdin jinbidlu ma’ oħrajn moderni. Bibien tal-lum
magħmulin tal-massa, ta’ kwalità inferjuri, mhux adattati
għal mal-istil tal-faċċata u bla karattru. Nappella biex
faċċati ta’ djar b’arkittettura u bibien tal-perjodu ma
jiġux eliminati biex jitilgħu minflok blokki ta’ konkrit.
Qegħdin nitilfu wisq mit-tessut u l-karattru tar-raħal safi.
Il-bibien miftuħa jiġbduk lejhom, imma meta
magħluqa jbegħduk minnhom. Bieb jistiednek, ħajt
jirrifjutak. Sewwa ngħidu bil-Malti ‘Sibt ħajt ma wiċċi,
sibt bieb jilqagħni’. Però fil-ħajja, il-qawl Malti jgħid:
Jingħalaq bieb u jinfetaħ ieħor. Fl-aħħar nirrealizzaw li
ngħaddu nofs ħajjitna deħlin u ħerġin minn ġol-bibien!
Triq San Pawl
3. Bieb numru 56
Triq San Ġorġ
4. Bieb numru 9
Triq Santa Marija
5. Bieb numru 11
Triq iż-Żurrieq
6. Bieb numru 34
7. Bieb numru 19
8. Bieb numru 41
9. Bieb numru 73
10. Bieb numru 69
11. Antiporta li nsibu f’bieb numru 73
12. Bieb numru 62
Riżorsi:
1. Prof Conrad Thake, Doorways of Malta. Ippubblikat
minn Kite Group 2019. Fotografu Dr Charles Paul
Azzopardi. Stamperija Print It, Malta.
2. Is-Sur Paul Callus, Ħal Safi. Ippubblikat minn Paul
Callus f’Ġunju 1998. Disinn Joe Zammit Ciantar.
Stamperija Gutenberg, Tarxien.
3. Arkivji Dar San Ġużepp
4. Arkivji Parroċċa Ħal Safi
Indiċi tal-Bibien fir-ritratti
Misraħ il-Knisja
1. Il-Knisja Parrokjali
a. Il-bieb prinċipali
b. Il-bibien tal-kappelluni, saru tnejn bħal dan
c. Il-bieb tal-korsija
d. Il-bieb li jagħti għall-orgni
e. Wieħed minn tliet bibien li saru fis-sagristija
l-ġdida
2. Bieb numru 7
Ringrazzjamenti:
Sulina Monreal m. Zammit, Dar San Ġużepp,
Kappillan Rev. Kan. David Farrugia, Ninu Abdilla (Ta’
Anġelika), Pawlu Mifsud (il-Postman), Karmena Cutajar
(tal-Maxku), Joseph Zammit (Żużu ta’ Marċjal), Bertu u
Sunny Cachia, Jason Schiberras, Carmel Callus u Alexis
Callus (Editur).
Il-Ħajja hi fraġli.
Inti tista’ tgħinna
nsalvaw xi wħud.
Agħti d-Demm!
140