Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 141

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020 li bħall-enerġija tiġġeded u ma tista’ tinqered qatt. Naturalment Wiġi kien ispirat mid-disinji ta’ Buhagiar, imma ma kienx jikkopja biss, kien jieħu l-idea u joħloq stil għalih. Dan huwa evidenti meta ġie biex jddisinja bibien oħra, bħall-bieb tal-Malamont fi Triq San Pawl u tad-dar tiegħu stess fi Triq iż-Żurrieq, fost oħrajn. Kien immaġinattiv u wera ċerta invenzjoni meta skolpixxa d-disinn li kellha fuq wara l-karta tal-lira Maltija u adattah għall-bieb tat-tifel tiegħu Leli (Mieli). L-istess naraw fid-disinn tal-bieb tat-tifla tiegħu Sulina. Kien ħadmu minn injam tat-teka (teak) magħruf bħala njam b’saħħtu ħafna u reżistenti għall-ilma. Saħansitra għamillu l-interzjar, xi ħaġa rari fil-bibien ta’ barra. Il-faċċati tal-binjiet kien ikollhom festa ta’ artiġjanat lokali. Fid-daħla tal-bieb tinbena arkata jew arzella billavur u fuq il-bieb jitpoġġa vilistrun tal-ferro battuto. Ħafna mill-vilistruni li nsibu f’Ħal Safi għandhom bħala tema tifkiriet mill-ħajja ta’ San Pawl, il-lifgħa u ż-żewġ palmiet tal-martirju. Ħafna mid-djar kien ikollhom l-antiporta li kienet Kos, tirrealizza li l-bibien ta’ Monreal huma bħallbnedmin… kull wieħed għandu wiċċ differenti millieħor. Ivarjaw fid-disinn, fl-injam, il-kulur, l-irfinatura, il-patina u anke l-pumi, skont fuq xiex ser jeħlu, jekk hux fuq rużun jew panew. Interessantissmu hu li Monreal kien wieħed minn dawk il-veru ftit mastrudaxxi li kienu jiffirmaw xogħlhom. Kien jiffirma bħala Luigi Monreal. Żewġ firem li nafu bihom, instabu fuq żewġ bibien ta’ barra. U tafu kif u fejn?! Waqt li kienet qed issir xi tiswija jew restawr, inqalgħet panew minn isfel tal-bieb u fuq gewwa nstabet il-firma. (Jekk jiġrilkom hekk, ippruvaw salvaw dik il-parti u ħudulha ritratt). Veru li Wiġi kien ħa l-fama ta’ mastrudaxxa kapaċissimu meta ħadem numru ta’ bibien eleganti u ta’ kwalità. Però mhux biss. Kien ħadem bosta xogħol ieħor bħal għamara domestika u poġġamani ta’ turġien. Kien ukoll artistiku. Fil-fatt, bħala passatemp, kien ipinġi arti sagra u pajsaġġi. Kien ukoll dilettant tal-palk u kien jipparteċipa bħala attur fit-teatrini li kienu jiġu organizzati Pittura ta’ pajsaġġ u pittura sagra, xogħol ta’ passatemp tal-Artist Monreal. Jidher ukoll poġġaman li ħadem hu stess. (Ritratti: Familja Monreal) bieb bil-ħġieġ li jeħel daqs żewġ piedi ’l ġewwa millbieb ta’ barra. Il-ħsieb wara l-antiporta kien li tista’ tiftaħ il-bieb ta’ barra biex jidħol id-dawl fl-intrata. Meta miftuħa, kien ifisser li kien hemm xi ħadd minn talfamilja ġewwa. Fil-festa tar-raħal, il-familji kienu jżejnu d-djar għall-okkażjoni. Allura l-bieb kien jinfetaħ beraħ u jitħalla fuq l-antiporta biex in-nies minn barra tkun tista’ tammira t-tiżjin ta’ ġewwa tad-dar! fil-Każin ta’ San Pawl. Pawlu n-Najmus jiftakar lil Wiġi liebes bħala d-Doge (l-aktar bniedem importanti) ta’ Venezja u Pawlu bħala l-paġġ tiegħu, waqt li Piju Zammit (ta’ Manna taċ-Chalie) ikanta xi arja. Inċidentalment, ilpalk tat-teatrin tal-każin kien inbena bl-injam żejjed li kien fadal mill-injam tal-bibien tal-knisja. Naturalment, Wiġi kien jinkariga ruħu jaħdem u jpinġi x-xeni ta’ fuq il-palk. Wiġi kien ukoll ħadem l-irdieden li jintużaw 139