Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 140
Festa 2020
Każin Banda San Pawl, Safi
marru x-Xatt tal-Marsa biex jagħżlu l-injam. Il-Fokli
kien jaħdem mas-Servizzi Ingliżi u allura ħadhom jaraw
injam li kien wasal Malta għas-Servizzi. Fil-fatt kienu
ġabu njam ta’ kwalità prima, il-Canadian Douglas
fir, biex jintuża għall-bibien tal-knisja. Monreal beda
x-xogħol ta’ tfassil tal-bibien.
Disinn tal-bibien tal-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Safi bil-firma ta’
Emanuele Buhagiar (Ritratt: Alexis Callus)
It-tliet bibien il-kbar, jiġifieri l-bieb prinċipali u
t-tnejn tal-kappelluni (tar-Rużarju u tas-Sagrament),
għandhom l-għoli tagħhom maqsum fi tnejn, il-bieb
t’isfel li jinfetaħ ta’ kuljum u l-parti ta’ fuq li hija għamla
ta’ nofs tond. Fil-festi dawn il-bibien jinfetħu beraħ minn
fuq għal isfel. Allura, permezz ta’ firrol, jintrabat il-bieb
t’isfel mal-parti ta’ fuq u b’hekk jinfetħu t-tnejn flimkien.
Għodda tal-mastrudaxxa, parti mill-kollezzjoni ta’ Monreal
(Ritratt: Carmen Monreal m. Bartolo)
Wiġi kien ukoll uża żewġ sistemi kif iħaddem iċċappetti.
Kien għamel użu minn guffuni, li huma ċappetti
ta’ Malta. Però, għall-parti ta’ fuq tal-bibien, kien waħħal
iċ-ċappetti fuq wara u għal quddiem ħadem bastun biex
b’hekk ġew moħbija. Biċċa nġinerija formidabbli. Ta’
min jinnota li l-bieb il-kbir, Wiġi kien sammru mal-qafas
tal-bieb l-antik li kien maħdum mill-injam tal-aħmar
u miżbugħ. Meta x-xogħol kien kollu lest u irfinut, ilbibien
ingħataw iż-żejt tal-kittien.
Jingħad li l-arkipjan tal-bieb il-kbir kienu sserawlu
daqs ħames pulzieri minn taħt u b’hekk għollew xi ftit
id-daħla. Dan sar biex itaffu ftit mill-periklu li meta jiġu
biex joħorġu jew jidħlu bl-istatwa, ras San Pawl ma
tintlaqatx. Ir-reffiegħa, qabel, kien ikollhom jitbaxxew
kważi mal-art biex ma jagħmlux ħsara.
Wiġi żgur li ma kienx iddiżappuntahom lil Ħal Safin
għax ħareġ bl-unuri hekk kif lesta l-bibien kollha. Kien
wera l-kapaċità tiegħu kemm fit-teknika li biha ħadem
kif ukoll fil-ħidma tal-id.
Maż-żmien, meta kien hawn il-Kapillan Dun Karm
Lia (1960-1979) il-bibien kienu nżebgħu biż-żebgħa tażżejt.
Però, fis-snin li kien hawn Dun Viċenz Fenech, ilbibien
kienet tqaxxritilhom iż-żebgħa u ġew lura għallistat
oriġinali.
Il-bibien tal-knisja huma ta’ stil barokk. Dan l-istil
jappartjeni għas-seklu sbatax. Kien beda fl-Italja u nfirex
mad-dinja kollha nkluża l-Amerika Latina. Huwa stil
li baqa’ jintuża sal-ġurnata tal-lum, speċjalment hawn
Malta fejn għadu popolari ħafna.
Il-bibien l-oħra huma tad-djar domestiċi. Għandhom
arkitettura tradizzjonali u vernakulari, jiġifieri huma
tipiċi tal-pajjiż. Huma dawk id-djar li għandhom ilħnejja
nofs tond jew arzella fuq il-bieb, bil-maskarun finnofs
tal-ħnejja, imdendel, ibbuzzata ’l barra u bil-pilastru
Toskan fuq kull naħa tal-bieb. Kienu popolari fl-ewwel
nofs tas-seklu għoxrin.
Is-simboli ma naqsux, speċjalment fuq il-bibien talknisja
fejn insibu:
Is-Salib: Fuq tlieta mill-bibien insibu s-salib. Simbolu
universali tal-Kristjaneżmu, il-passjoni ta’ Kristu u l-fidi
tal-Kristjani u tal-Insara.
L-Arzella: Hija simbolu tal-magħmudija tal-Kristjani.
Tirrappreżenta l-qawwa tal-ilma li jippurifika. Ħafna
drabi, il-fonti tal-magħmudija jkun forma ta’ arzella.
Assoċjata wkoll mal-Appostlu San Ġakbu l-Kbir li
kien dejjem iġorr l-arzella fil-pellegrinaġġi tiegħu biex
jittallab għall-ikel u l-ilma. B’hekk, l-arzella kienet
saret is-simbolu tal-pellegrini li jivjaġġaw biex
ifittxu l-għerf u l-verità. Mhux biss, imma fi
żmien il-qedem u fil-perjodu Rinaxximentali,
l-arzella kienet assoċjata wkoll mal-fertilità kif
ġiet rappreżentata Venere (l-alla Mara Rumana,
alla tal-fertilità u l-imħabba) fil-pittura ta’ Sandro
Botticelli.
L-Akantus: Il-weraq tal-akantus insibuh skolpit
f’ħafna arkitettura u ornamenti ekkleżjastiċi.
L-akantus tissimbolizza s-sabar, il-paċenzja u r-reżistenza
f’din il-ħajja b’tama għall-ħajja eterna. Hija sinjal talimmortalità
speċjalment fil-pajjiżi Mediterranji.
L-Akaċja: Siġra li tissimbolizza l-purità. Għandha
njam li ma jispiċċa qatt. Tirrappreżenta r-ruħ immortali
138