Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 139
Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020
Marċjal), jiftakar li wara l-gwerra, kien hemm xi soqfa
li ġarrbu ħsarat fil-binja Palazzo Gollcher, x’aktarx xi
sala ta’ fuq fejn il-familja ta’ Wiġi taż-Żann kienet tgħix.
Kawża tal-ħsara kellhom jinqalgħu t-travi tal-qastan u
tpoġġew fil-Pjazza. Fil-fatt, Żużu jiftakar jagħti daqqa
t’id lil Wiġi biex jisserraw dawn it-travi. Wiġi kien
użahom biex jaħdem il-bibien tat-tlett ikmamar maġenb
is-sagristija. Jiftakar ukoll jgħin meta ġew biex iwaħħlu
l-bibien ġodda fil-faċċata tal-knisja.
Ħal Safi bejn Awwissu tal-1946 u Diċembru tal-1953),
kien ikkummissjona lill-bravu Emanuele Buhagiar biex
jiddisinja l-erba’ bibien prinċipali ta’ barra. Buhagiar
kien magħruf sewwa ma’ Malta kollha għall-kapaċità
tiegħu bħala mastrudaxxa, disinjatur u skultur. Kien diġà
midħla tar-raħal għaliex kien hu li ddisinja u ħadem ilbankun,
il-bradella u l-pedestal ta’ San Pawl. Buhagiar
kien ippreżenta d-disinji tal-bibien li huma iffirmati
u ddatati 1948. Li nafu żgur hu li sa Settembru 1949,
il-bieb prinċipali kien diġa lest. Evidenza ta’ dan huwa
ritratt ta’ koppja għarajjes ħerġin mill-knisja dak inhar
tat-tieġ tagħhom.
L-architrave fuq il-bieb tan-nofs tat-tlett ikmamar fis-sagristija,
lavur ta’ Ġanmari Cachia (Ritratt: Alexis Callus)
Imma l-ħsara mhux biss fl-istruttura tal-ġebla kienet
saret, iżda wkoll f’xi bibien, twieqi tal-koppla u tallanterna.
Wiġi kien ġie nkarigat biex fejn meħtieġ,
jagħmel it-tiswijiet u t-tiġdid tal-aperturi. Kif ġie
rrikordjat fir-Registro di Esito ta’ bejn l-1895 u l-1961,
Monreal kien tħallas fl-1947 is-somma ta’ £82. 8s. 6d (82
lira, 8 xelini u sikspenz) tax-xogħol.
Ir-Registro di Esito fejn tidher l-ispiża għat-tiswija u
r-rinovazzjoni ta’ xi bibien u twieqi fil-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal
Safi wara t-Tieni Gwerra Dinjija (Ritratt: Arkivji Parrokkjali)
Rev. Dun Pawl Said kien
il-Kappillan fi żmien meta
nħadmu l-bibien tal-Knisja ta’
Ħal Safi (Ritratt: Alf. Ciappara)
Il-bieb li jitwaħħal mal-faċċata tal-binja nsejħulu
l-bieb ta’ barra. L-arkitettura
tal-faċċata hija element
importanti għad-dehra u
l-estetika. Daqshekk ieħor
huwa l-bieb prinċipali. Ilmaġġoranza
tal-katidrali
u tal-knejjes għandhom
il-faċċata prinċipali tħares
lejn il-punent sabiex l-altar
maġġur, fejn jinżamm is-
Sagrament u li hu meqjus
bħala l-aktar post sagru,
jiġi fin-naħa tal-Lvant minn
fejn titla’ x-xemx.
Ir-Rev. Dun Pawlu
Said (li kien kappillan ta’
Il-miżżewġin friski, Ċikku Busuttil (Ta’ Manwel) u Katerina Cachia
(Ta’ Pawlu Ċekċek). Ftit mill-ħaddara jidhru jistennewhom barra.
(Ritratt: Karmenu Busuttil)
Naturalment, Monreal ħassu kburi li ġie magħżul u
fdat b’biċċa xogħol daqshekk prestiġjuża. Kellu sfida
kbira meta ġie biex jaħdem mill-ġdid il-ħames bibien
tal-knisja. Apparti l-bieb prinċipali, ħadem ukoll iż-żewġ
bibien tal-kappelluni (tal-ġnub), il-bieb iż-żgħir li minnu
titla’ għall-orgni u l-bieb iż-żgħir tal-ġenb l-ieħor li jiftaħ
għal ġol-korsija. Dan tal-aħħar, ħafna jsibuh bħala l-bieb
tan-nisa għaliex sa ftit snin ilu, nisa biss setgħu joqogħdu
ġol-korsija. L-irġiel kienu kollha jpoġġu fil-kappelluni.
Wiġi kien fitt f’xogħlu u ħadem b’sengħa kbira. Biex
jgħinuh kien jafda lil Pawlu Mifsud (In-Najmus) u lil
Karmenu Cachia (In-Newċier), li t-tnejn kellhom issengħa
ta’ mastrudaxxa. Pawlu jiftakar li Wiġi, flimkien
ma’ Filomenu Cachia u Pawlu Busuttil (Il-Fokli), kienu
137