Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 128

Festa 2020 Każin Banda San Pawl, Safi ordnalu jitkellem. L-ilsiera jew skjavi li Michelangelo ħadem għall-monument baqgħu ma ntużawx. Fil-Biblioteca Laurenziana Michelangelo bidel il-kanoni tal-arkitettura u ħoloq monument li għadu jgħaġġeb lil kulħadd. It-taraġ qisu nixxiegħa, il-kolonni maħruġin ’il barra mill-ħajt mingħajr funzjoni, is-sala vasta bħala librerija, id-disinn tal-art, huma kollha xhieda tal-ġenju ta’ dan il-bniedem uniku. Dan il-ġenju jidher ħafna iżjed fid-disinn arkitettoniku għall-Campidoglio, Ruma, fejn l-istatwa ta’ Marku Awrelju l-Imperatur filosfu Ruman jipprimeġġja fiċ-ċentru ta’ stilla interzjata fl-art. RAFFAELLO Raffaello (1583-1520) kien ġenju prekoċi u magħruf bħala pittur, arkitett, disinjatur urban, arkeologu, studjuż tal-fdalijiet Greco-Rumani u draughtsman mill-aqwa. Iżda huwa jibqa’ mfakkar l-iżjed għall-grazzja, l-armonija u l-bilanċ, il-kult tas-sbuħija, il-bażi tal-viżjoni tiegħu. Ta’ ħdax-il-sena kien tilef il-ġenituri tiegħu u forsi għalhekk, bħal Leonardo, li kien illeġittimu, ħass verament xi tfisser il-maternità. U b’hekk sar Maddoniere mill-aqwa. Twieled Urbino u tħarreġ fil-bottega ta’ missieru, ilpittur Giovanni Santi. Wara daħal fil-bottega tal-artist famuż Perugino li hu magħruf għall-grazzja u d-dolċezza fix-xogħol sagru tiegħu. Inizjalment studja lil Piero della Francesca, speċjalment il-ġometrija u s-sens matematiku fil-kompożizzjoni tiegħu. Meta pprova jimita lil Perugino fil-pittura Sposalizio della Vergine (1504, Brera, Milan) hu għadda lill-mastru. Kellu biss 21 sena. Il-karriera artistika ta’ Raffaello tinqasam fi tlieta: Urbino-Perugia (1500-04); Firenze (1504-08) u Ruma (1508-20). F’Firenze studja lil Masaccio, lil Donatello u lil Lippo Lippi iżda kien influwenzat l-iżjed minn Leonardo għar-ritratt u l-pajsaġġ, u minn Michelangelo għall-figura u l-moviment. Ħares ukoll lejn Fra Bartolomeo u Andrea del Sarto magħrufa għaddolċezza, armonija, u bilanċ. Il-karattru ta’ Raffaello kien ġentili u soċjevoli. Kien maħbub bil-bosta, ammirat minn kulħadd iżda, b’mod naturali, kellu ħafna rivali li kienu jgħiru għalih. Raffaello xorob minn ħafna għejun, kien eklettiku u kien umli biżżejjed biex jitgħallem millartisti li kienu jaħdmu miegħu filbottega kbira li kellu. Mill-bottega tiegħu ħarġu artisti kbar, fosthom Giulio Romano, Pierino del Vaga u Polidoro da Caravaggio, artisti famużi fl-isfera tagħhom. Wara l-mewt ta’ Raffaello, Giulio 126 Romano, pittur u arkitett ta’ ġenju, telaq Mantova fl- 1524 u beda jaħdem għal Frederico Gonzaga II f’Palazzo Te, wieħed mill-iprem binjiet Manjeristi. Raffaello għalaq 500 sena mejjet u Ruma qiegħda tiċċelebra dan l-anniversarju b’wirja kbira fi Scuderie al Quirinale. Personalment żort il-wirja lil Raffaello żagħżugħ f’Urbino, fil-Palazz Ducale, fl-2009. Fix-xogħol Sposalizio della Vergine Raffaello kien diġà fassal it-triq biex joħloq viżjoni u kunċett tallingwaġġ li xtaq jinterpreta. Il-binja, bi pjan ċentrali li ħoloq fid-distanza, hija perfetta meta mqabbla ma’ dik tas-surmast tiegħu Perugino. Il-kurvatura tal-koppla hija ddisinjata f’armonija jew eku mal-forma tal-kwadru. Ilbieb miftuħ huwa ppjanat skont in-normi ta’ Leonardo, li kien jemmen li l-ispazju ġewwa u barra huwa wieħed u kontinwu. Raffaello ħares lejn L-Aħħar Ċena ta’ Leonardo, fejn il-bieb li jinkwadra lil Kristu huwa miftuħ u jidher il-pajsaġġ. Barra minn hekk fejn jispiċċaw ittaraġ, li jifformaw il-bażi tal-binja, jisfuma fil-ħaxix talpajsaġġ. Il-kompożizzjoni hija klassika u l-assi jaqsam il-pittura fi tnejn u l-protagonisti mqassma b’mod li jibbilanċjaw lil xulxin. Qisu Raffaello kien diġà assorba l-lezzjoni ġometrika ta’ Piero della Francesca. Ordni, bilanċ, unità u armonija. Il-ħlewwa u d-dolċezza f’wiċċ il-Madonna jesponu l-grazzja, l-eleganza u n-nobbiltà fix-xogħol ta’ Raffaello. Perfezzjoni u unità miksura biss mill-ġuvni li qiegħed jipprova jikser fuq irkopptejh il-bastun, mingħajr suċċess. Hekk Raffaello rnexxielu jegħleb xi għelm ta’ monotonija. Id-dolċezza li nsibu f’dan il-kwadru tiżviluppa kważi f’perfezzjoni fis-serje ta’ Madonni fil-fażi tal-karriera tiegħu f’Firenze. Il-Madonna tal-Gardell (1507, Uffizi, Firenze) hija katteristika f’din ilfażi, kompożizzjoni piramidali meħuda minn Leonardo. Is-siġar delikati, eleganti, sinjorili huma biex ngħid hekk it-timbru personali tal-artist li jirrepetu ruħhom f’La Belle Gardinière (1507, Louvre, Pariġi) iffirmata Raphaello VRB (Urbinate). Belle Gardinière tirreferi għall-Madonna tant sabiħa. Dawn iż-żewġ kwadri tant jixxiebhu li probabbli Raffaello ħadimhom bħala serje għax kummissjoni kienet toħloq oħra. L-artist żviluppa din is-sempliċità fi kwadri oħra iżjed kumplessi li jinkludu lil San Ġużepp, u oħra lil Santa Eliżabetta u ċ-ċkejken San Giovanni Battista f’kompożizzjoni piramidali hekk imsejħa s-Sagra Familja Canigiani (1507, Alte Pinakothek, Munich). Raffaello kien famuż għarritratti. Dan l-aħħar f’wirja Raffaello