Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 127

minn dawk li tpittru fit-tieni nofs tal-1400. Xogħol impressjonanti u influwenti li huwa ppreżentat fl-Uffizi fis-sala maġenb ixxogħlijiet ta’ Pontormo u Rosso u viċin dak ta’ Parmigianino. Michelangelo kien ibati bilburdati, barra li l-ġenju tiegħu kien kapaċi joħloq atmosfera ta’ paċi, serenità u trankwillità f’kuntrast ma’ dik traġika u drammatika f’sens ta’ lotta vjolenti u l-kult talkruha. Żewġ eżempji ta’ dan huma: il-Pietà tal-Vatikan (1498-99, San Pietru) u l-Pietà Rondanini (baqa’ jaħdem fuqha sal-1564, Castello Sforzesco, Milan) u l-Kappella Sistina (1508-12, is-saqaf) u l-Kappella Sistina l-ħajt ta’ fuq l-altar (1536-41). Fil-Pietà tal-Vatikan, Michelangelo jistimula l-kompassjoni u s-simpatija għattelfa ta’ Kristu billi interpreta l-kult tas-sbuħija. Il-Madonna, tfajla żagħżugħa tħaddan lil binha f’ħoġorha, b’qalbha sewda, iżda ma tibkix. Ix-xogħol jagħti sens kbir ta’ serenità, trankwillità u paċi. Fiha Michelangelo joħroġ sens ta’ ġentilezza tremenda li ttaffi t-traġedja. Dan issentiment huwa purament Rinaxximentali li l-artist jissublimi l-emozzjoni u joħloq movement in repose. Fil-Pietà Rondanini l-artist joħloq traġedja u sofferenza tal-biża’ f’espressjoniżmu sfiq u moviment aġitat. Michelangelo kien naqqax ras Kristu mill-blokka iżda kissirha u bidel il-poża ta’ ġisem Kristu. Jien żort ilmużew meta laqqgħu ras Kristu mal-istatwa eżistenti. Milan kien xtara din l-istatwa madwar l-1950 minn fejn kienet fil-Palazzo Rondanini, Ruma. Il-preżentazzjoni ta’ dan ix-xogħol huwa tant estetikament professjonali li jgħaġġeb il-viżitaturi. Michelangelo magħruf l-iżjed għall-Kappella Sistina, speċjalment is-saqaf ibbażat bħala suġġett fuq il-Ktieb tal-Ġenesi. Il-filosofija li l-artist esprima fix-xogħol kienet tant avvanzata li kkrea skandlu morali. Huwa mar kontra n-normi etiċi ta’ żmienu: pitter lil Alla u ’l Adam, il-bniedem, fl-istess livell, ugwali. Kien favur li l-mara għandha titqies ugwali mar-raġel u sostna li l-bniedem iswed huwa ugwali għall-abjad. Dan urieh fil-pittura tassaqaf, iżda hemm l-ittri tiegħu li jixhdu l-istess normi. Dawn l-ideat qanqlu ferment għax f’laqgħa li l-Knisja għamlet mar-Re Spanjol u dak Franċiż f’Salamanca kien deċiż li l-iswed m’għandux ruħ u tista’ toqtlu. Fi Spanja, pajjiż notorju għall-Inkwiżizzjoni kienet teżisti din id-diskriminazzjoni minħabba l-mibegħda li tkebbset u tkeskset kontra l-Lhud. B’soffiżmu weħlu s-suwed jew persuni ta’ ġilda skura mal-Lhud. Dan kien riżultat Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020 ta’ kampanja dispreġġjattiva li sfruttat u mmanipulat l-għira u l-biża’ u d-differenzi artifiċjali bejn ir-razez. L-eżempji ta’ dawn in-normi huma ħafna, waħda minnhom tirrappreżenta qassisin nisa jgħinu fis-sagrifiċċju u f’L- Aħħar Ġudizzju jidher raġel abjad jgħin mara sewda titla’ ’l fuq lejn is-sema. Id-differenza filosofika bejn l-affreski tas-saqaf u l-ħajt huma espliċiti. Għalkemm illingwaġġ huwa espressjonista fittnejn, dak fis-saqaf jirrappreżenta t-twemmin jew fidi fid-divin, fih sens ta’ tama u kuraġġ fin-natura u l-ħajja, waqt li dak fuq il-ħajt juri disperazzjoni, rimors u sens ta’ vjolenza fiżika u morali. L-affresk fuq il-ħajt huwa uragan li jfarrak u jiknes b’saħħa tremenda kull tama fis-salvazzjoni. Michelangelo jopera l-istess Michelangelo stil ‘li jriegħed u jirbombja’ fil- Kappella Paolina (1542-50, San Pietru, Vatikan). F’Il-Konverżjoni ta’ San Pawl’ u Il- Martirju ta’ San Pietru, Michelangelo joħloq l-istess uragan ta’ figuri f’lotta tremenda mal-ħajja. Mingħajr biża’ interpreta n-nudo għalkemm kien hemm il-possibbiltà li l-Knisja, minħabba l-Kontra-Riforma setgħet tqabbad bragettone u tapplika ċ-ċensura u tinsisti fuq pieni ħorox. Is-sens ta’ tensjoni, stress u vjolenza jinħassu espliċiti bil-mod li l-iġsma huma mxerrda fl-ispazju f’konfużjoni totali. F’kuntrast mal-kappella tal-Madonna ta’ Loreto li ddisinja Raffaello għal Agostino Chigi (1507/12-1601, Basilica Santa Maria del Popolo) id-differenza turi terribbiltà u qilla f’Michelangelo u grazzja, ġentilezza u bilanċ f’Raffaello. Raffaello ddisinja kappella f’pjan ċentrali f’sens klassiku għall-antika – imsemmi bħala mudell it-Tempju ta’ Minerva Medika. Fin-niċeċ hemm erba’ statwi, Ġona u Elija mnaqqxa minn Lorenzetto u ta’ Daniel u l-iljun, u Ħabakuk u l-Anġlu ta’ Lorenzo Bernini. Is-Suġġett li għażel Raffaello fl-affreski misluf minn Sibilli li Michelangelo uża fis-saqaf tal-Kappella Sistina biss. Dawk iddisinjati minn Raffaello huma personifikazzjoni ta’ grazzja, eleganza u sbuħija. Il-monument lil Ġulju II f’San Pietro in Vincoli (1512-16) huwa biss id-dell ta’ dak li oriġinarjament kien maħsub minn Michelangelo. Din il-kummissjoni minn Papa Ġulju kienet bħal saħta għax Michelangelo, wara kważi 40 sena ta’ litiġi mal-qraba tal-Papa, kien wasal għad-disperazzjoni. Minn monument in the round b’erbgħin statwa, li kellu jitqiegħed fil-Vatikan, spiċċa bil-Mosè tant famuż u addizzjonijiet oħra maħduma minn skulturi oħra. Il-qilla li juri Mosè saret mitika bl-aneddotu li jirrakkonta kif Michelangelo tah daqqa ta’ mazza u 125