Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 124

Festa 2020 Każin Banda San Pawl, Safi kollox hu. Raffaello kien maħbub iżda kellu jissaporti l-għira tar-rivali tiegħu, iżda meta Giulio Romano talbu biex jaħdem miegħu aċċettah. Ma’ Raffaello kienu jaħdmu diversi artisti, inkluż Sebastiano del Piombo. Michelangelo kien jgħir għal Raffaello u sab skuża biex imaqdru. Michelangelo kien jemmen li biex tħoss forza kreattiva fix-xogħol, il-mastru jrid ibati, li l-arti hija lotta divina jew aħjar turment divin. Billi x-xogħol ta’ Raffaello juri sens ta’ ‘effortlessness’, sens ta’ faċilità, sens ta’ ħeffa fl-eżekuzjoni, wieħed jikkonkludi, skont in-normi ta’ Michelangelo, li Raffaello ma kienx mastru kbir. Il-verità kienet ’il bogħod minn dan. Raffaello kien ġenju. Jekk kelli nagħżel tliet xogħlijiet biex nirrappreżenta dawn it-tliet mastri, mingħajr dubju ta’ xejn nagħżel L-Adorazzjoni tal-Maġi, xogħol inkomplut ta’ Leonardo, is-saqaf tal-Kappella Sistina ta’ Michelangelo, u Il- Ħarba ta’ San Pietru mill-Ħabs fis-swali Vatikani ta’ Raffaello. Qabel nanalizzaw dawn ix-xogħlijiet u oħrajn, importanti li fil-qosor naraw l-ambjent fejn twieldu, l-edukazzjoni li ħadu u ma’ min tgħallmu l-mestier. LEONARDO Leonardo (1452-1519) kien per eċċellenza l-uomo universale minħabba l-faċċati varjati talestru tal-ġenju tiegħu. Kien primarjament skultur iżda billi l-guild tal-iskulturi f’Firenze kien jagħmel parti minn dak tal-iskulturi fil-ġebla, Leonardo kien ipprefera li jifforma parti mill-guild tal-ispeziali, ta’ San Luqa. Kien pittur famuż, arkitett, inġinier militari, xjenzat, inventur, astronomu, filosfu, karikaturista, studja l-anatomija, kien botanista b’bażi xjentifika, ġeoloġista, idrawliku, kiteb dwar kif tara l-għajn (optics), iddisinja xenografija, palk idur tond b’mod mekkaniku u ddisinja mat-8,000 skizz li minnhom baqa’ madwar nofshom. Kien sar mit f’ħajtu u r-Re ta’ Franza, François I riedu jgħix miegħu. Il-kronisti, biex jagħtuh ġieh kitbu li qabel miet, fl-1519, Leonardo serraħ rasu fuq idejn ir-Re Franċiż, għalkemm skont fatt storiku r-Re ma kienx Cloux, fil-post fejn miet Leonardo. Leonardo u oħrajn (Botticelli, Ghirlandaio, Perugino, Lorenzo di Credi), studjaw ma’ Verrocchio li kellu waħda mill-iprem bottegi f’Firenze. Kien pittur u skultur ta’ fama kbira. Din il-bażi kienet fundamentali għal Leonardo. Verrocchio huwa magħruf għall-istatwa talbronż Kristu u Tumas, li qiegħed sebgħu fil-kustat, finniċċa f’Orsanmichele (attwalment fil-mużew, u b’kopja minflok l-oriġinal). Leonardo ma baqax Firenze għax iċ-ċirkustanzi ġegħluh ifittex il-furtuna tiegħu f’Milan u f’postijiet oħra bħal Mantwa u Venezja. F’Ruma ma damx ħafna bħal sħabu Michelangelo u Raffaello. Meta Leonardo telaq minn Firenze huwa ħalla warajh kapolavur li ma laħaqx spiċċa. L-Adorazzjoni tal-Maġi (1481) ikkummisjonata mill-patrijiet Agustinjani għal San Donato a Scopeto, Firenze. Sentejn ilu kienet irrestawrata u meta kixfuha kont fl-Ufizzi u rajt il-video fuq ir-restawr. Hija xogħol stupefaċenti, għalkemm mhux spiċċat. Fortunatament għall-istudjużi jistgħu jistudjaw it-teknika ta’ Leonardo għax ix-xogħol huwa biss disinn u kjaroskuro bis-sepia. Leonardo ma jħalli xejn għaċċans għax jidħol fil-fiżjonomija u l-karattru ta’ kull personaġġ, ipinġi żwiemel f’kull poża possibbli, ukoll telgħin it-taraġ, u jidhru l-linji tal-perspettiva lineari jew grafika b’differenza minn dik tonali (l-artist kien espert tat-tnejn), u n-narrattiva hija elokwenti. Diffiċli wieħed jinsa jew iħalli barra disinn hekk imsejjaħ Santa Maria Della Neve datata 5 ta’ Awwissu 1473, ta’ pajsaġġ bix-xmara Arno u l-kastell ta’ Montelupo, il-ħara li fiha kien ta’ spiss jimraħ, u li kien pinġa fi tfulitu. Fil-bottega ta’ Verrocchio, Leonardo x’aktarx studja s-sarkofagu tal-bronż li l-mastru tiegħu ħadem għall-monument funebri ta’ Cosimo il Vecchio f’San Lorenzo, u li wara l-artist sfruttah fil-pittura tiegħu It- Taħbira tal-Anġlu (1475-8, Uffizi) u qiegħdu bejn il-Madonna fuq il-lemin u l-anġlu fuq ix-xellug. Kittieba jgħidu li Leonardo pitter wieħed mill-anġli fil-pittura ta’ Verrocchio San Ġwann jgħammed lil Kristu u sieq Kristu fl-ilma. Leonardo huwa l-iżjed magħruf għal L-Aħħar Ċena (1495- 8, Ċenaklu Santa Maria delle Grazie, Milan) xogħol universali li ħalla t-timbru tal-elementi li jiffurmaw xogħol li jistħoqqlu jissejjaħ tar-Rinaxximent Għoli. Diffiċli, f’artiklu qasir, nidħol Leonardo f’ħafna dettall, iżda vitali li wieħed jgħid li dan ix-xogħol huwa tant studjat li kien relatat ma’ mużika klassika minħabba l-armonija, ilbilanċ u r-ritmu li fih. Kompożizzjoni f’kompożizzjoni perfetta fejn il-protagonisti (id-dixxipli ta’ Kristu) huma ddisinjati fi gruppi ta’ tlieta, u kull grupp jirrelata ma’ ta’ ħdejh u mal-assiem. Il-body language, il-ġesti blidejn, in-natura morta fuq il-mejda u d-dvalja bil-linji ġeometriċi li jimmarkaw kif kienet mitnija jitqies bħala noti tal-mużika, moduli, f’repetizzjoni ta’ ritmi li joħolqu armonija. Kapolavur kbir li sfortunatament żviluppa 122