Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 125
Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020
ħsarat kbar tort tal-artist innifsu bit-teknika mħallta li uża
u ċ-ċirkustanzi tal-medda taż-żmien u l-ħsara tal-gwerra.
Leonardo huwa famuż għar-ritratt (portrait). L-iżjed
sensazzjonali huwa l-Mona Lisa, La Gioconda (1503-
13, Louvre), bil-pajsaġġ qrib Arezzo bix-xmara u l-pont
Ruman, u fid-distanza l-balze jew kalanka għoljiet rotob
u bajdana. Ritratti oħra huma Ginevra Benci (c.1474,
National Gallery, Washington); ritratt ta’ tfajla La
Belle Ferronnière (c.1495, Louvre); ritratt ta’ Cecilia
Gallerani: Tfajla bl-Ermin (1488-90, Czartoryski
Muzeum, Krakow) u Ritratt ta’ Mużiċista (c.1485,
Pinacoteca Ambrosiana, Milan). Dawn ir-ritratti u oħrajn
bħalhom kienu l-mudelli li ħares lejhom u interpreta
Raffaello waqt il-waqfa tiegħu f’Firenze.
Leonardo kien famuż għall-mod li pitter il-Madonna
u l-Bambin, għall-psikoloġija li wera biex interpreta
l-maternità, b’tant ġentilezza, dolċezza u grazzja, elementi
li sfrutta Raffaello bħala ‘Madonniere’. Leonardo famuż
bil-mod li pinġa u pitter is-Sagra Familja, speċjalment
dik nukleari: Sant’Anna, il-Madonna, il-Bambin u San
Ġwann f’sens ta’ garigor, jew ċrieki minsuġa flimkien, jew
aħjar vortiċi ta’ sbuħija immensa. Din il-kompożizzjoni
tissejjaħ Manjerista ferm bikrija. Il-vortiċi Leonardo
studajhom, josserva l-ilma biex ipitter id-Dilluvju.
Xogħol ieħor li juri l-iżvilupp stilistiku Manjerista huwa
s-San Giovannino (1505-7 jew 1513-16, Louvre), u millkopji
li fadlilna, il-‘Leda’. Il-pittura ta’ San Giovannino
tippreżentalna emafrodita f’sepentinata espliċita li ma
tħalli l-ebda dubju li Leonardo kien żviluppa lingwaġġ
espliċitu Manjerista.
Il-pittura ta’ San Ġlormu (1480-2, Pinacoteca
Vaticana, Ruma) fiha komplessità psikika u psikoloġika.
F’kontapposto, ir-relazzjoni bejn il-qaddis u l-iljun hija
verament profonda fejn il-ħalq tal-iljun u l-ħalq talqaddis
jinħassu jidħlu f’xulxin f’konverżazzjoni intima.
Iżda l-iżjed li jimpressjona huwa s-sider ta’ San Ġlormu
li fi studju patoloġiku jidher trasparenti (bħal taħt X-ray)
u wieħed jista’ jara bejn il-kustilji u jħoss it-turment
divin, il-kumpless tal-ħtija għax offenda lil Alla.
Leonardo jissemma għall-enkawst: il-Battalja ta’
Anghiari (1505), iddokumentata f’kopji (eż. it-Tavola
Doria, 1503-40, minn artist anonimu u partikularment ilkopja
li pitter Rubens: il-Battalja għall-Istandard (1603,
Louvre), famuża mad-dinja.
Leonardo huwa famuż għall-istudju taż-żiemel u
l-istatwa ekwestra. Ħadd qatt ma pinġa żiemel bilmajjestrija
li kellu Leonardo, lanqas Stubbs. Leonardo
pinġa ż-żiemel fuq żewġ saqajn, fuq tlieta, fuq dahru,
fuq rasu, ferħan u mdejjaq, feroċi, sferrat u trankwill. Fi
skizz għall-monument ekwestru ta’ Sforza (kollezzjoni
Irjali, Windsor) juri l-ħila tiegħu ta’ ġenju.
MICHELANGELO
Michelangelo (1475-1564) kellu ħajja twila għax
miet ta’ 89 sena, l-itwal karriera artistika fost sħabu.
Kien skultur, pittur, arkitett, draughtsman, poeta u
filosfu. Studja l-pittura taħt Ghirlandaio, u l-iskultura fil-
Ġnien tal-Medici taħt Bertoldo. Bertoldo kien l-istudent
ta’ Donatello u għalhekk Michelangelo, bil-ġenju tiegħu,
ħa l-post ta’ Donatello f’Firenze. Michelangelo kien
jgħin lil Bertoldo biex jirrestawra l-kollezzjoni statwarja
Klassika tal-Medici fil-ġnien tagħhom fejn attwalment
hemm il-Mużew tal-Arkeoloġija fejn il-knejjes ta’
San Marco u Santa Annunziata, biswit l-Ospedal degli
Innoċenti. Kien hawn li Michelangelo rawwem imħabba
kbira għall-istatwarju Greco-Ruman u l-istil għall-antica.
Ir-riżultat dirett kien il-Bakku (1496-97, Bargello,
Firenze) li skont il-kronisti l-artist daħaq bl-ammiraturi
tiegħu għax qalilhom li din l-istatwa kienet vera antika.
L-istorja tirrakkonta li l-iskultur kien ħammiġha taparsi
nstabet taħt it-trab wara skavi li saru. Fil-Battalja
tal-Lapiti u ċ-Ċentauri (1492, Casa Buonarroti)
Michelangelo ħoloq riliev fl-irħam influwenzat minn
xogħol bl-istess suġġett ta’ Bertoldo iżda l-istil huwa
għall-antica.
Michelangelo kien jgħid li r-riliev baxx u dak għoli
mhux eżattament skultura, għax skultura vera suppost
tkun a tutto tondo. Dan l-argument kien jużah biex
jiskredita xi rivali, iżda l-iskulturi Fiorentini ta’ żmienu
u warajh kienu esperti fil-qasam ta’ riliev baxx, inkluż
Soldani Benzi u Pietro u Ferdinando Tacca li ħadmu
kapolavuri, speċjalment f’xi ventartali. Michelangelo
kien ukoll jinsisti, bħala statwarju, li l-forza fl-iskultura
għandha toħroġ minn ġewwa l-blokka, mill-materja.
Henry Moore rrepeta l-istess asserzjoni u qal li l-iskultur
irid joħroġ the force within. Michelangelo huwa rinomat
li kien kważi juża l-blokka kollha tal-irħam, fis-sens li
kien inaqqax qrib il-qoxra. Tant hu hekk li meta ngħata
l-blokka biex inaqqax id-Davide (1501-04, Accademia,
Firenze), huwa kien l-uniku skultur li ma qatax qalbu blgħamla
tal-irħama u rnexxielu joħroġ il-figura klassika
mingħajr diffikultà. Is-suċċess ta’ din il-kummissjoni
kompettiva kien stravolġenti. Id-Davide huwa meqjus li
laħaq il-livelli li kisbu l-iskulturi Griegi u Rumani tażżmien
Klassiku. David sar is-simbolu ta’ Firenze, li kien
irnexxielha tegħleb bil-forza l-bliet kollha ta’ madwarha.
L-istatwa fiha tant forza dinamika li saret sinonima
mal-belt għax saret immaġni eterna ta’ kuraġġ fiżiku
u spiritwali. Interessanti li dan il-kapolavur jitqabbel
bħala viżjoni ma’ dak bl-istess suġġett ta’ Donatello u
Verrocchio.
Michelangelo pitter it-Tondo Doni (1503-04, Uffizi,
Firenze) bis-suġġett is-Sagra Familja bħala rigal għattieġ
ta’ Angolo Doni u Maddalena Strozzi, li Raffaello
kien mitlub ipitter ir-ritatt għal din il-koppja. Ixxogħol
ta’ Michelangelo kiseb is-suċċess tad-Davide
u influwenza bil-bosta, speċjalment lill-Manjeristi. Ilkompożizzjoni
bil-figuri f’torsjoni bħal garigor, l-ilwien
ikanġu (shot colours), il-moviment triangulari, il-forma
piramidali, l-engima tal-figuri maskili nudi għall-antika u
l-Bakku bħala San Giovannino jindikaw espliċitament ittendenzi
Manjeristi u l-bidla radikali tas-suġġett f’tondo
123