Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 99

Każin Banda San Pawl, Safi Festa 2020 Il-Pì: Ġużeppi Busuttil Il-familja tiegħu kienet minn ta’ Pisuwa. Meta kiber kien sar infermier u kien iżżewweġ lil Maria. Kienu joqogħdu fid-dar li jisimha St Paul, 33 Triq San Pawl, Ħal Safi. Meta Ġużeppi kien żgħir u bil-kemm jitkellem, il-familja kienet tipprova tgħallmu ismu billi jippronunzjawh b’enfasi fuq l-aħħar sillaba. Allura, minflok jgħid ismu, it-tifel kien ilissen biss Pì, li huma l-aħħar żewġ ittri ta’ ismu! Bħas-soltu, ta’ madwaru ggustawh u baqgħu jsejħulu hekk. Però ma baqax bejn tal-familja biss. Diversi nies kienu jużaw is-servizzi tiegħu ta’ infermier u hekk kienu jsibuh, bħala ’il-Pì’. It-Tank/it-Tonk: Karmenu Busuttil Kien magħruf bħala Karmnu ta’ Patist ta’ Għanieni. Iżżewweġ lil Ċetta Damato ta’ Ċikka ż-Żurriqija u kellhom ħamest itfal - Vince, Anna, Carmen, Pawlu u Marlene. Karmnu kien ħadem għal bosta snin mad-dipartiment tas-saħħa f’diversi karigi, bħala għassies u anki jagħmel spezzjonijiet tal-ħwienet tal-merċa. Naturalment kien ukoll jaħdem fir-raba’ talfamilja. Karmnu kien raġel twil, Karmenu Busuttil, It-Tonk (Ritratt: Ċetta Busuttil) b’saħħtu u bieżel. Kien rama bit-trakk Bedford biex iġorr xi ġebel. Xi żmien wara, lit-trakk ramalu tank tal-ilma biex jissupplixxi l-ilma lill-bdiewa għat-tisqija tar-raba’. Fir-raħal kien l-uniku wieħed armat bit-tank tal-ilma. Allura bdew isibuh bħala Karmnu tat-Tank. U baqgħatlu t-Tank! Però ħabib ta’ Karmnu, li għadu mimli bil-għomor, għandu l-idea li kienu tawh il-laqam Tank għaliex meta kien għadu żgħir kien xi ftit imbaċċaċ! Karmnu kien miet f’età żgħira ta’ 49 sena, tletin sena ilu, fl-1990. Willy: Karmenu Monreal Fi żmien l-Ingliżi f’Malta, Ħal Safi kien miżgħud bihom. Dawk li kienu stazzjonati l-Karwija kienu jitilgħu fir-raħal tagħna ta’ spiss. Jaslu sal-Pjazza u jmorru filħanut tax-xorb ta’ Ġanni l-Ġelem (fejn illum toqgħod Ġemma). Kienu jitħalltu sew mal-irġiel tal-lokal. U peress li ħafna kienu jkunu għadhom ta’ età żgħira, ma kinitx rari li tarahom jiġru u jilagħbu mat-tfal fil-Pjazza u fi Triq Santa Marija. Ittoroq kienu jkunu siguri mingħajr karrozzi. Wieħed mill-Ingliżi kien ra liċ-ċkejken Karmenu u beda jgħajjatlu Willy. Probabbli ma sabhiex faċli jippronunzja Kerminu (bl-aċċent Safi) u kienet eħfef li jgħajjatlu Karmenu Monreal, Willy (Ritratt: Karmenu Monreal) Willy - isem Ingliż komuni, fil-qosor għal William. Ġara li minn dak in-nhar, il-familja baqgħet tgħajjatlu Willy kif ukoll il-maġġoranza tal-Ħal Safin. Żebgħa/Żabgħa: Nażżarenu (Żiru/Żaren) Busuttil Bħala familja, Żiru kien minn tal-Makakka. Missieru Nardu u ommu Maria. Ħutu kienu Ġorġ (missier iż- Żużża), Gaspar, Nettu (ta’ Ġilarda), Toni (ta’ Ċikka ta’ Ċensu) u Pawla (omm Dun Karm Vella tal-Malamont). Kien għadu ġuvni, meta bħal ħutu Ġorg u Gaspar kien telaq minn Malta biex isib ix-xogħol fit-Tuneżija. Lura Malta, u meta kellu 33 sena, Żaren kien iżżewweġ lil Katerin Busuttil (minn tal-Gejt u ta’ Serek min-naħa ta’ missierha) u kellhom tliet ulied: Maria miżżewġa lil Joseph Barber, Pawla miżżewġa lil Salvu Dalli u Ninu miżżewweġ lil Ġorġa Chetcuti minn Ħal Għaxaq. Kienu joqogħdu fi Triq Santa Marija ġo dar antika li kont tidħol għaliha minn ġo bitħa ħelwa, kollha pjanti u fjuri. Iddar kienet bieb ma’ bieb mal-ħanut tal-mastrudaxxa ta’ It-trakk ta’ It-Tonk (Ritratt: Ċetta Busuttil) Nazzarenu Busuttil, Żabgħa flimkien mal-mara tiegħu Katarin. (Ritratt: Pawla Dalli) 97