Ktieb Festa 2020, Każin Banda San Pawl Safi Ktieb 2020, Safi, Malta | Page 100

Festa 2020 Każin Banda San Pawl, Safi Monreal u li wara sar il-Blue Star Bar. Illum din id-dar m’għadhiex teżisti. Żaren bata f’ħajtu. Kien iġorr il-ġebel biż-żiemel u wara kien mar jaħdem it-Tarzna mal-Ammiral. Żaren kien iħobbha dik il-pinta nbid. Filgħaxija, wara ġurnata xogħol, l-uniku svog li kellu kien li jmur sal-ħanut taxxorb tal-Ġelem fil-Pjazza, fejn illum hemm d-dar ta’ Ġemma. Il-ħanut kien fil-kamra ta’ barra fejn hemm ilbieb bil-persjani. Kien imur mal-bank biex jordna pinta. Però, minflok pinta nbid kien dejjem jgħid ”agħmilli pinta żabgħa!” U x’ġara? Naturalment, baqgħetlu ta’ Żaren ta’ Żabgħa! Iż-Żużża: Ġanmari Busuttil Missier Ġanmari kien Ġorġ ta’ Makakka li meta kien għadu ġuvni kien telaq lejn it-Tuneżija biex isib ix-xogħol. Lura Ħal Safi kien iżżewweġ lil Katerin taċ- Chalie u b’hekk twieled it-tifel Ġanmari. Xi żmien wara, Ġorġ kien reġa’ rħielha lejn it-Tuneżija, din id-darba mal-mara u t-tifel Ġanmari. Hemmhekk kellhom it-tieni wild, Pija. Lura Ħal Safi, Ġorġ u martu kellhom it-tielet wild, Ġużeppi t-Tuq. Sadanittant, lil Ġanmari kienu jistaqsuh fejn kienu joqogħdu fit-Tuneżija. Hu kien iwieġeb “Zuzza”. Għannies kienet tinstema’ kelma stramba u malajr qalgħuhielu ‘Iż-Żużża’. Li ma kinux jafu kien, li veru hemm belt, li tinstab xi 140 kilometru ’l isfel mill-kapitali Tunis, jisimha Soussa! It-Tuneżija kienet kolonja Franċiża u din il-belt, il-Franċiżi kienu jsibuha u anki jippronunzjawha bħala Sousse. Illum l-ekonomija ta’ Soussa tiddependi fuq ilproduzzjoni taż-żejt taż-żebbuġ, it-tessuti, tagħmir tattrasport u t-turiżmu. Meta kiber, Ġanmari kien jaħdem fil-ġebel ma’ kuntrattur. Kien xtara trakk biex iġorr il-ġebel millbarriera. Ħadem ukoll mal-Air Ministry fil-Karwija, f’tarf Ħal Safi. Kien raġel b’saħħtu ferm. Darba minnhom, ajruplan tas-servizz kien weħel sewwa ġot-tajn li b’xejn ma setgħu jaqalgħuh. Iż-Żużża daħal għall-isfida, libes harness ma’ sidru b’ċineg ħoxnin u b’saħħithom u rnexxielu jċaqlaq l-ajruplan ’il barra mit-tajn! Nota: Fejn il-laqam huwa ripetut, it-tieni wieħed huwa miktub blaċċent ta’ Ħal Safi. Taqsir tal-kliem: m = miżżewweġ/a. Ringrazzjamenti: Karmena Farrugia m Cutajar tal-Maxku, Joseph Zammit ta’ Marċjal, Rużar Farruġia, Pawlu Mifsud il-Postman, Paul Callus, Żużu D’amato, Familja Busuttil tat-Tank, Sulina Monreal m Zammit, Salvu u Pawla Dalli, Daniel Dalli. 98