Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 99

97 mill-Banda Leone. L-Isqof qiegħed u bierek l-ewwel ġebla li kienet tiżen tunnellata. F’ħofra li tħaffret f’din il-ġebla, huwa poġġa xi muniti tad-deheb u tal-fidda, medalji tal-qaddisin u tubu tal-ħġieġ li fih kien hemm ilparċmina li tfakkar it-tqegħid ta’ din il-ġebla. Ix-xogħol fuq il-knisja l-ġdida ssokta ġmielu, tant illi fis-16 ta’ Lulju 1964 sar l-ewwel ċirku tal-koppla l-kbira. X’aktarx dan kien l-iktar proġett kbir li sar f’temp ta’ ġurnata waħda tant li ħa elf u tliet mitt xkora siment u fih ħadmu mitejn u ħamsin persuna. Fl-4.30am ingħataw it-tiri li ħabbru l-bidu ta’ din il-ġurnata xogħol li ntemmet fis-7.00pm, kollox taħt is-superviżjoni tal-Perit Damato. Il-poplu flimkien mal-emigranti Xewkin baqgħu jikkontribwixxu bi ġbir ta’ flus, bhejjem u prodotti agrikoli u s-sajjieda kienu anke joffru sehem missajda tagħhom. Kull ġimgħa kienet issir ‘il-ġabra tax-xelin’ minn kull familja li kienet ta’ għajnuna kbira sabiex tkopri l-finanzjarjament ta’ dan il-proġett jekk ambizzjuż. Kull mibdi mitmum u t-tempju monumentali ta’ San Ġwann Battista tlesta mill-bini tiegħu. Fil-31 ta’ Mejju 1970 sar it-tqiegħed tas-salib fuq il-koppla. Dan issalib twil tmien piedi u wiesa’ sitt piedi, tqiegħed fuq trakk dekorat bil-liedna u l-weraq tar-rand, dar mattoroq prinċipali tar-raħal sa ħdejn il-mitħna, minn fejn tmintax-il sena qabel ix-Xewkin laqgħu lill-Isqof Pace biex isir it-tberik tal-ewwel ġebla. In-Nunzju Apostoliku Mons. G. Majoli kien skortat minn ħdejn il-mitħna minn għadd ta’ żwiemel u muturi sal-misraħ ewlieni, fost iddaqq ferrieħi tal-Banda Prekursur, daqq ta’ qniepen u nar tal-ajru. Żgur li l-pjazza qatt ma rat folla hekk kbira daqs dakinhar. Wara diskors sabiħ tal-okkażjoni mill- Wisq Reverendu Arċipriet Grech, sar it-tberik tas-salib min-Nunzju Apostoliku. Fost iċ-ċapċip kbir u għajjat ta’ evviva s-salib ġie meħud minn ġol-pjazza u mtella’ bilmod għal fuq il-boċċa tal-lanterna li fiha għoli ta’ 245 pied. Illum, ħamsin sena wara t-tqiegħed tas-salib, imqiegħed fuq il-boċċa tal-lanterna li tistrieħ fuq ilkoppla maestuża, xogħol l-imgħallem Ġużepp Vella, dan is-simbolu ta’ kristjaneżmu huwa xhieda ta’ fidi u ta’ mħabba li l-poplu Xewki għandu lejn San Ġwann Battista - propju kif hemm imnaqqax fuq il-portiku tar-Rotunda “TEMPLUM SANCTO JOANNI BAPTISTAE DICATUM”.