85
prinċipalment mix-xmara Ġordan. Fi żmien Ġesù kienu
diversi l-ibliet u rħula mibnija fuq ix-xatt tal-għadira
fosthom Kafarnahum, Betsajda, Magdala u Tiberija.
F’Kafarnahum - li hija meqjusa bħala l-“Belt ta’ Ġesù,”
żorna u ħadna sehem fiċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa
fil-Memorjal ta’ San Pietru li huwa mibni fuq fdalijiet
tad-dar ta’ Pietru. Żorna wkoll il-fdalijiet arkeoloġiċi tassinagoga
monumetali tas-seklu 4 li nbniet fuq il-fdalijiet
tas-sinagoga ta’ żmien Ġesù.
Qrib Kafarnahum, fuq ix-xatt tal-Majjistral tal-għadira
tal-Galilija, żorna l-post msejjaħ Tabgħa li fih insibu
żewġ santwarji. L-ewwel wieħed huwa s-Santwarju
tat-Tkattir tal-Ħobż li jfakkar il-miraklu meta Ġesù tema’
ħamest elef ruħ b’ħames ħobżiet u żewġ ħutiet. It-tieni
santwarju huwa tal-Primat ta’ San Pietru li jfakkar iddehra
ta’ Kristu Rxoxt lill-appostli. Hawn insibu l-Mensa
Christi li hija l-blata li skont it-tradizzjoni Ġesù ħejja
fuqha l-ħobż u l-ħut li offra lill-appostli. Huwa wkoll
il-post fejn Ġesù staqsa lil Pietru għal tliet darbiet jekk
iħobbux u talbu biex jirgħa lin-nagħaġ tiegħu.
Imbagħad tlajna fuq l-Għolja tal-Beatitudnijiet, li wkoll
tinsab qrib Tabgħa, fejn żorna s-santwarju mibni fuq
il-post fejn hu maħsub li Ġesù għamel id-diskors talmuntajna
(“Ħenjin il-foqra fl-ispirtu, eċċ.”). Wara kien
imiss li aħna wkoll nagħmlu l-esperjenza sabiħa li
naqsmu l-għadira tal-Galilija bid-dgħajsa,(07) bħalma
kien jagħmel Ġesù, minn fejn stajna nammiraw xeni
mill-isbaħ tal-postijiet u l-għoljiet li jdawru l-għadira,
l-istess xeni li kien jara Ġesù, għax tista’ tgħid li kollox
baqa’ l-istess kif kien f’dak iż-żmien. Issa ma kienx diffiċli
għalina li nimmaġinaw lil Ġesù rieqed fid-dgħajsa ta’
Pietru, jew miexi fuq il-baħar, jew jaqbad idejn Pietru
biex ma jegħreqx, jew jipprietka minn fuq id-dgħajsa
lill-folol miġbura fuq ix-xatt.
Wara qbadna t-triq lejn Magdala, belt importanti fi
żmien Ġesù, li kienet tinsab nofs triq bejn Tiberija
u Kafarnahum. Marija ta’ Magdala, li kienet l-ewwel
xhud tal-qawmien mill-mewt tal-Mulej, kienet propju
minn din il-belt. Illum din iż-żona hija sit arkeoloġiku
u m’hemmx bini fiha. Hemm ħafna fdalijiet, fosthom
ta’ belt Rumana u ta’ triq famuża - Via Maris, li kienet
l-arterja prinċipali tat-traffiku mill-Galilija għas-Sirja
li kienet tgħaddi wkoll minn Kafarnahum. Madwar
6 kilometri ’l bogħod minn Nazaret insibu r-raħal ta’
Kana tal-Galilija(08) fejn Kristu wettaq l-ewwel miraklu
tiegħu meta bidel l-ilma fi nbid waqt festa ta’ tieġ.
Hawn iċċelebrajna quddiesa fil-knisja tal-Franġiskani
li matulha l-koppji miżżewġin erġajna ġeddidna
l-wegħdiet taż-żwieġ tagħna. Taħt is-sagristija tal-knisja
stajna nżuru fdalijiet ta’ abitazzjonijiet li jmorru lura
għall-ewwel seklu.
Fir-raba’ jum tlaqna min-Nazaret u qbadna t-triq
lejn il-Wied tal-Ġordan li jifred lil Iżrael mill-Ġordan.
Għaddejna minn Ġeriko li hija meqjusa bħala waħda
mill-eqdem bliet abitati fid-dinja. Ġesù kien spiss
jgħaddi minn din il-belt u fil-fatt kien hawn li ltaqa’
ma’ Żakkew il-pubblikan u fejjaq lill-għama Bartilmew.
Imqabbad mal-blat tal-muntanja tat-Tentazzjonijiet li
tiddomina l-oasi ta’ Ġeriko, stajna nammiraw il-ġmiel
tal-monasteru Grieg Ortodoss tal-Kwarantena li jfakkar
l-erbgħin jum li Ġesù sam fid-deżert u ġie mġarrab
mix-xitan.
Komplejna triqitna biex naslu f’Qasr El Yahud,(09) il-post
fix-xatt tax-xmara Ġordan fejn skont it-tradizzjoni San
Ġwann Battista għammed lil Kristu. Għalina din kienet
esperjenza mill-isbaħ fejn ġeddidna l-wegħdiet talmagħmudija
u rċivejna fuq rasna ftit ilma mix-xmara
b’tifkira tal-magħmudija tagħna. Ix-xmara Ġordan li
hija twila 320 kilometru tibda taħt il-muntanja Ħermon
fuq il-fruntiera bejn Iżrael, il-Libanu u s-Sirja u tkompli
nieżla lejn l-għadira tal-Galilija u tispiċċa fil-Baħar il-
Mejjet. Minħabba li llum il-ġurnata l-ilma tax-xmara
jintuża ħafna għall-irrigazzjoni u skopijiet oħra, il-volum
li finalment jasal fil-Baħar il-Mejjet qiegħed dejjem
jonqos.
Il-waqfa ta’ wara kienet f’Qumran(10) - il-post fid-deżert
fejn kienu nstabu l-famużi Parċmini tal-Baħar il-Mejjet
(Dead Sea Scrolls), manuskritti ta’ iktar minn elfejn
sena ilu, miktubin bil-Lhudi, bl-Aramajk u bil-Grieg li
jinkludu siltiet mill-Antik Testment. Hu maħsub li dawn
il-manuskritti kienu ġew moħbija mill-Esseni, grupp ta’
rġiel li kienu jgħixu ħajja ħarxa u fqira fl-għerien fiddeżert
u li kienu jistudjaw il-liġi Lhudija. Dan ifakkarna
fl-istil ta’ ħajja li għex Ġwanni l-Battista fid-deżert.
Hemm min jgħid li hu wkoll kien jifforma parti minn
dan il-grupp ta’ nies. F’dan il-post dħalna f’mużew fejn
rajna dokumentarju u esebizzjoni fuq il-ħajja ta’ dawn
l-Esseni u wara mxejna għas-sit arkeoloġiku u l-għerien
fil-blat fejn kienu jgħixu.
Mhux bogħod ħafna minn Qumran żorna x-xtut tal-
Baħar il-Mejjet(11) fejn kellna l-esperjenza unika ta’
għawma f’dan il-baħar li huwa magħruf għal-livell ta’
mluħa li fih, li hija għaxar darbiet iktar minn tal-baħar
normali. Jgħidulu l-Baħar il-Mejjet għax tant hu mielaħ
u mimli minerali li lanqas ħut jew pjanti akwatiċi ma
jistgħu jgħixu fih. Dan il-post huwa l-aktar post baxx
fid-dinja, fil-fatt jinsab 430 metru taħt il-livell tal-baħar.
Imbagħad komplejna t-triq u kien imiss li nieqfu
f’Betanja, raħal żgħir li llum iġib l-isem Għarbi ta’ Al-
Azariyeh, fejn Ġesù kien iħobb iżur lill-ħbieb tiegħu
Marija, Marta u Lazzru. Ħadna sehem fiċ-ċelebrazzjoni
tal-quddiesa fis-Santwarju ta’ Betanja li l-ħitan tiegħu
huma mżejna b’mużajċi sbieħ li juru episodji talpreżenza
ta’ Ġesù f’Betanja, fosthom meta żar id-dar
ta’ Marta, Marija u Lazzru u meta qajjem lil Lazzru millmewt.
Kellna l-opportunità li ftit passi ’l bogħod mill-