83
Jiktbilna Mill-gwateMala Dun ġużepp caMilleri
Tislima
mill-Gwatemala
75 sena ilu kienet għadha
kif spiċċat it-tieni gwerra
dinjija. Għaddejna kważi
5 snin fid-dlam. Niftakar
h e k k g ħ a s - s i t t a t a’
filgħaxija kienu jinxtegħlu
ftit fanali tal-pitrolju u
mal-ewwel żiffa riħ id-dawl tagħhom kien jogħsfor.
Kullimkien dlam ċappa, konna nitpaxxew ftit bid-dawl
tal-qamar meta kien ikun kwinta. Illum dawl kullimkien,
pjazza bħalma kien jgħid Ġużepp ta’ Ċensa, “Kull bozza
qisha xemx.” Iżda pjazza vojta, ħadd ma tara fit-triq,
kulħadd imsakkar ġewwa u jekk toħroġ mill-bieb ’il
barra l-pulizija timmultak. Kulħadd bil-maskra fuq
wiċċu, qisu l-karnival.
gwerra moħbija, nibżgħu nsellmu lil xulxin għax
ma nafux min hu l-għadu tagħna. Veru li ħafna millknejjes
jinsabu magħluqin iżda djarna issa saru knejjes
miftuħin. Dawn huma triqat il-Mulej, toroq imserrpin,
moħbijin bħalma kien moħbi San Ġwann fid-deżert iżda
dawlu qatt ma ntefa. Bi kliemu għadu dejjem iwissina
u jgħidilna, “Ħejju t-triq tal-Mulej, wittu l-mogħdijiet
tiegħu. Agħmlu frott li jaqbel mal-indiema tagħkom.”
Persuna mir-raħal tagħna, bagħtitli dan il-messaġġ,
“Din is-sena m’aħniex ser inkunu fuq iz-zuntier insellmu
lill-patrun tagħna, iżda mħabbitna lejh qatt ma hi ser
tonqos.
Viva San Ġwann tagħna!”
Aħbar li sewditilna qalbna kienet meta l-awtorità ċivili,
biex jipproteġuna, ħassru l-festi kollha tas-sena. Din
kienet daqqa ta’ ħarta qatt mistennija wara tant tħabrik
biex ikollna festa sabiħa, speċjalment din is-sena meta
qed infakkru l-mija u ħamsa u sebgħin sena mill-miġja
tal-istatwa artistika ta’ San Ġwann fostna.
Milli jidher qed jiġrilna jew aħjar diġà ġralna bħalma
għadda minnu San Ġwann. Dan biex ma jittiħidx mill-
Corona Virus ta’ żmienu, ħalla kollox warajh u telaq lejn
id-deżert, warrab kull tfixkil biex ma jintrabatx marrabta
ta’ din id-dinja. Il-fsied ta’ ommu Eliżabetta b’tifel
wieħed, l-unuri li kien igawdi missieru Żakkarija bħala
s-saċerdot il-kbir, is-siġġu għoli li kien ipoġġi fuqu,
ilbies b’ħafna kuluri u kultant xi ċapċipa min-nies huma
u ħerġin mit-tempju. San Ġwann, dallam lil ġismu biex
tiddi qalbu, għakkes lilu nnifsu biex jirbaħ kull tfixkil
fil-ħajja. Madankollu n-nies ta’ żmienu kienu jaraw fih
musbieħ, għalkemm inemnem qatt ma ntefa. Kliemu
kien jinżel għasel għal min jisimgħu. Illum mill-ħemda
tad-deżert, San Ġwann għadu jkellimna.
Għaddew 175 sena minn meta l-istatwa tal-qaddis
tagħna ġiet fostna. Fil-ħemda tad-deżert ta’ din is-sena,
mingħajr ħafna ċapċip, għajjat, banda u musketterija
ser niċċelebraw bl-istess ferħ il-laqgħa li saritilha
175 sena ilu, meta merfugħa fuq l-ispallejn minn tal-
Ħniena wassluha sal-pjazza. Snin ilu, ma kien jeżisti
dawl imkien, iżda Ġwanni, għalkemm moħbi f’niċċa
mwarrab, dawlu għadu jiddi. Ninsabu mtaqqlin bi