Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 84

82 l-iskola ta' raħalna frankline zaMMit galea Kap Skola Primarja Xewkija, Kulleġġ t'Għawdex ‘Develop a passion for learning. If you do, you will never cease to grow.’ Anthony d’Angelo Il-ħidma tagħna matul din is-sena ma waqfitx. Kienet sena mimlija sfidi però ma qtajniex qalbna u illum nistgħu ngħidu li b’sodissfazzjon u b’suċċess wasalna u għamilna progress. Is-sena skolastika ntemmet ħesrem u ngħalqu l-bibien tal-iskola minħabba s-sitwazzjoni preżenti tal-Covid-19. Però t-tagħlim u x-xogħol tad-dar ma waqafx u qed ikun moniterat b’mod kontinwu. Dan grazzi għallimpenn u d-dedikazzjoni tal-għalliema li fil-maġġoranza qed iżommu lezzjonijiet virtwali b’mod regolari u b’hekk żammew rutina u kuntatt mal-istudenti u l-ġenituri. Biex intejbu l-ħiliet fl-użu ta’ dawn l-programmi u l-għodod teknoloġiċi u pedogoġiċi, l-amministrazzjoni tal-iskola ħasset il-bżonn li f’dan il-mument tipprovdi serje ta’ korsijiet virtwali għall-edukaturi tal-iskola. Kontinwament niddiskutu u nippjanaw b’mod virtwali flimkien malistaff u mad-diversi kumitati li għandna fl-iskola. Fil-kamp tal-litteriżmu fit-tmiem tassena skolastika li għaddiet, għat-tieni darba akkwistajna l-premju tad-deheb fil-Book Championship mill-Aġenzija Nazzjonali tal-Litteriżmu. Bl-għajnuna tal-Kap tad-Dipartiment tal-Litteriżmu, tal-għalliema kumplimentari u dik tallitteriżmu, il-Programm Multisensorjali tal-Qari u Kitba issa qed jitħaddem malewwel tliet klassijiet fil-primarja. Bħalissa qed naħdmu fuq proġett flimkien malistess Aġenzija biex nagħmlu Literacy Corner fl-entratura tal-iskola u b’hekk inkomplu ngħollu l-livell tal-Malti u tal- Ingliż. Komplejna ninvestu f’ammont ta’ kotba għall-klassijiet. Fuq il-linja tal-ħarsien tal-ambjent, il-kumitat ta’ EkoSkola qed jaħdem fuq kampanja biex neliminaw l-użu tal-plastik. Ħadna fondi minn Eko Għawdex fi ħdan il-Ministeru għal Għawdex biex ġie installat reverse osmosis għall-użu tal-istudenti u staff. Fil-fatt investejna f’pożati tal-istainless steel u settijiet ta’ tazzi u platti talħġieġ fil-kċina tal-iskola. F’Novembru ħadna sehem fil-European Week for Waste Reduction u bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill Lokali, għamilna Clean Up f’diversi żoni fix-Xewkija. Barra minn hekk akkwistajna l-ogħla unur tal-bandiera l-blu fil-proġett ta’ Dinja Waħda u ġejna magħżula għall-proġett pilota ta’ tagħlim. Qed nieħdu sehem fil-programm dinji GLOBE, programm relatat max-xjenza u l-edukazzjoni. Bħala skola sħiħa qed naħdmu fuq proġett relatat mas-sħab. Barra dan għaddej ukoll il-programm LEAF bi proġett fuq is-siġar tat-tin ta’ Malta. Minkejja li l-bibien tal-iskola magħluqa għaddej xogħol ta’ manutenzjoni fliskola. F’dawn l-aħħar xahrejn installajna sistema ta’ dwal fuq barra tal-iskola, sar tibjid fiż-żewġ kurituri u twaħħil ta’ madum fil-kċina tal-iskola. Barra minn hekk matul ix-xhur tas-sajf installajna sistema ta’ sound mal-kuritur t’isfel tal-iskola. Nirringrazzjaw lill-Ministeru tal- Edukazzjoni u Xogħol, lill-Ministru t ’Għawdex, lid-Direttorati tal- Edukazzjoni, lill-Prinċipal tal-Kulleġġ, lis- Sindku tar-raħal, lill-Arċipriet, lid-diversi għaqdiet tal-lokalità u sponsors talgħajnuna kontinwa li jagħtuna. Nieħu din l-opportunità li nirringrazzja lil dawk il-membri mill-istaff li matul dawn l-aħħar xhur irtiraw, ħarġu mis-servizz jew mxew għal postijiet oħra. Niftakru wkoll f’żewġ membri mill-istaff li servew f’din l-iskola matul is-snin sebgħin u tmenin, is-Sur Lawrence Grech u is- Sinjura Rosanne Sultana (née Tabone) li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem. Tislijiet