76
il-votazzjoni li saret, Josmar Vella reġa’ ġie magħżul
bħala s-Segretarju filwaqt li Johnny Azzopardi u
Joseph Hili ġew ikkonfermati bħala President u Kaxxier
rispettivament. Waqt il-laqgħa ġenerali saret emenda
sabiex jiżdiedu l-membri tal-kumitat Dan sabiex kemm
jista’ jkun niġbdu iżjed nies. Għalhekk wara l-Laqgħa
Ġenerali daħħalna lill-membri ġodda: Carmelo Pace,
Johnny Grech, Simone Mercieca, Nathaniel Saliba u
Anabelle Cauchi.
iżżuru l-paġna tagħna fuq Facebook www.facebook.
com/kzx1996 fejn hemm issibu aħbarijiet, ritratti u
vidjows riċenti dwar il-Kumitat.
Grazzi bħal dejjem tal-għajnuna tagħkom! Viva San
Ġwann Battista!
Bla dubju l-Kumitat mill-ewwel beda bi ħaġru jaħdem
għall-festa 2020 fejn kienet se tiġi ċċelebrata l-175 sena
mill-miġja tal-istatwa ta’ San Ġwann Battista. Bdejna blikliet
ta’ kull xahar tas-soltu, lotteriji u minn din is-sena
żidna wkoll fit-tombla nights fil-każin tal-Banda fejn
dawn bdew isiru iżjed b’mod regolari. Minn hawnhekk
nixtieq nirringrazzja li kull min jattendi u għall-għajnuna
li sibna mingħand diversi helpers li jiġu jagħtu daqqa
t’id fl-attivitajiet li nagħmlu. Din is-sena, il-Kumitat
inkiteb biex jieħu sehem f’żifna hilarious fil-Karnival
Reġjonali ta’ Għawdex fejn ipparteċipaw ħafna millmembri
tal-kumitat u diversi voluntiera. Prattikament,
dorna l-biċċa l-kbira tal-irħula Għawdxin u wkoll il-Belt
Victoria fejn nissilna daħka fuq fomm min rana. Minn
qalbna nirringrazzjaw lill-Kumitat tal-Armar li ħadem
flimkien magħna f’dan l-aspett.
Sfortunatament, il-ħidma tagħna b’risq il-festa ntemmet
ħesrem meta tfaċċat il-pandemija f’pajjiżna. Ilkonsegwenzi
ta’ dan huma ħafna fosthom dik li ma ssirx ilfesta.
Barra minn hekk, l-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi waqfu
wkoll. Dan ħalla impatt finanzjarju fuq il-Kumitat ukoll.
Però aħna mhux ser naqtgħu qalbna. Inwegħdukom li
aħna ser nibqgħu naħdmu b’ħilitna kollha iżjed minn
qatt qabel. Inwegħdukom ukoll li jekk il-Bambin irid
naslu biex issir il-festa tal-2021, aħna ser inkunu preparati
iżjed minn qatt qabel biex flimkien niċċelebraw il-festa
b’risq il-patrun tagħna San Ġwann Battista.
Għal aktar informazzjoni dwar il-Kumitat, inħeġġiġkom