75
ĦiDMet l-gĦaqDiet Xewkin
Kumitat Żgħażagħ
Brijużi Xewkin A.D. 1996
sHawn scHeMbri - PrO
Ġunju huwa x-xahar li kull Xewki jkun jistenna s-sena
kollha. Iżda Ġunju 2020 mhux se jkun l-istess. Bħalma
lkoll tafu, pajjiżna u d-dinja kollha ntlaqtu minn
pandemija li biddlet ħajjitna ta’ taħt fuq. U l-festa ma
kinitx eċċezzjoni. Il-festa din is-sena mhux ser issir u naf
fiċ-ċert li dawk kollha li għandhom il-festa għal qalbhom
huma mnikktin. Però għall-magħmul m’hemmx kunsill.
Is-saħħa tiġi l-ewwel u qabel kollox u għalhekk inbaxxu
rasna u nitolbu li s-sitwazzjoni tiġi għall-aħjar.
F’dan l-artiklu nixtieq inwassal fi ftit kliem x’għadda
matul din is-sena. Nibda billi ngħid erba’ kelmiet
fuq il-festa 2019. Fuq nota ġenerali, innutajna titjieb
sostanzjali fil-marċ tat-Tnejn. Dan grazzi għall-grupp
li jieħu ħsieb dan il-marċ li wera feature u xow tan-nar
sinkronizzat mal-mużika. Dan nistgħu ngħiduh ukoll
għall-marċ tal-Erbgħa f’Tal-Ħamrija. L-aspettattiva għal
dawn l-inizjattivi jagħtu spinta tajba lill-marċijiet. Għallprogramm
mużikali tal-Banda Prekursur kellna l-unur
li nippreżentaw l-innu reliġjuż ġdid Għażiż Ġwanni,
Patrun Tagħna, lirika ta’ Mario Borg u mużika ta’ Mro
Mark Gauci lill-parroċċa. F’din l-okkażjoni, dan l-innu
ndaqq għall-ewwel darba mill-Banda Prekursur. Filmarċ
tal-Ħamis intwera l-feature li l-Kumitat ħa ħsieb li
jagħmel bl-isem L-Umbrellun: Arti-Kultura-Storja. Dan
il-feature ġab storja ħafifa tal-10 personalitajiet qrib ix-
Xewkija u l-festa li nsibu fuq l-ewwel sett tal-bandalori
tal-umbrellun. Għal darb’oħra f’ħidma magħquda,
Milied Sajfi ġibed folol kbar fil-pjazza tar-raħal. Grazzi
tmur għall-kumitati kollha involuti. Dakinhar kellna
spettaklu ta’ briju, banda, xow tan-nar ieħor mal-mużika
u feature bl-isem 90 sena Banda Prekursur flimkien ma’
ħarsa ħafifa ta’ kif inħadem l-innu reliġjuż ġdid. Għallmarċ
tal-Ħadd filgħodu l-Kumitat għal sena oħra ħa
ħsieb li jġib il-banda Karkariża Duke of Connaught’s.
Barra minn hekk, fi tmiem il-marċ ittella’ xow tal-karti u
nar li ntlaqa’ tajjeb ħafna min-nies preżenti. Ovvjament,
hekk kif il-purċissjoni u l-attività fil-knisja tiġi fi tmiemha,
bdiet immedjatament il-ħidma sabiex jiżżarma l-armar.
Hawn ta’ min ngħidu grazzi kbira lill-voluntiera li
jgħinuna b’kull mod.
Eżatt wara l-festa tal-2019, il-Kumitat Żgħażagħ Xewkin
organizza l-Laqgħa Ġenerali Annwali. F’din il-laqgħa
jinqara rapport amministrattiv, jiġi approvat ir-rappport
finanzjarju u wkoll jiġi ffurmat il-kumitat il-ġdid. Waqt