Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 75

73 Is-sena 2020 kellha tkun sinonima mal-175 sena anniversarju tal-istatwa artistika ta’ San Ġwann Battista. Però, il-Covid-19 irnexxielu jisfratta l-festi lil kulħadd. Min qatt kellu jobsor li din is-sena mhux se niċċelebraw festa bħas-soltu? Qatt f’mitt sena ma kien jgħaddilna minn moħħna, però ċ-ċirkostanzi ddettawlna mod ieħor. Sa minn Awwissu 2019 konna diġà bdejna bl-attivatijiet relatati mal-festa tas-sena ta’ wara. Fil-fatt f’Awwissu għamilna l-ġabra annwali b’risq il-festa tal-Martirju tal-Battista biex b’hekk irnexxielna nagħmlu festa oħra żgħira f’Awwissu wkoll. Minn hemm komplew l-attivitajiet, fosthom il-barbikju annwali tal-Vitorja. Dan isir fit-terrazzin tal-Universal Sports Restaurant li ta’ kull sena joffrilna d-disponibilità kollha sabiex avveniment bħal dan jirnexxi u nkunu nistgħu naraw in-nar kollu li jinħaraq fil-festa tal-Vitorja. Importanti li min ikun interessat li jattendi xi attività jagħmel kuntatt magħna jew mal-uffiċċju parrokkjali sabiex tkunu tistgħu tgħaddulna d-dettalji tagħkom. Innutajna li minn sena għall-oħra avvenimenti bħal dawn jinżlu tajjeb mal-familji Xewkin għalhekk qed inkomplu naħdmu sabiex nagħmlu żgur li jibqgħu jsiru, mingħajr ma ntellfu ebda kumitat ieħor li bħalna huwa involut fl-organizzazzjoni tal-festa. Dan jista’ jsir biss permezz tal-għaqda li hemm bejn il-kumitati kollha li issa jinsabu taħt kappa waħda, il-kumitat ċentrali li, b’laqgħat regolari tul is-sena kollha jiġu organizzati l-attivitajiet kollha mingħajr ma wieħed itellef lil ieħor. Attività prinċipali li tajna sehemna flimkien mal-kumitat ċentrali kien il-Christmas Market li ttella’ għall-ewwel darba fil-pjazza prinċipali tax-Xewkija. Kellha tkun waħda mill-isbaħ attivitajiet għax-xahar ta’ Diċembru, però t-temp ukoll prova jisfrattana xi ftit. Imma minkejja kollox, il-kummenti kienu pożittivi li jimlewna b’kuraġġ għall-futur. Komplejna wkoll bil-coffee mornings bħala ġbir ta’ fondi għan-nar tal-festa. Ta’ dan nirringrazzjaw lill-helpers kollha nisa li jagħtuna daqqa t’id. Minn hemm komplejna bl-attivitajiet tagħna bħala Għaqda Dilettanti tan-Nar, fosthom l-ikla tal-Milied, it-tqassim tal-kalendarju bieb bieb mar-raħal kollu kif ukoll il-ġbir li jsir mid-djar kollha tax-Xewkija. Minn hawn insellem lil dawk kollha li dejjem tawna l-appoġġ tagħhom fil-ġbir li nagħmlu kif ukoll il-kliem ĦiDMet l-gĦaqDiet Xewkin għaqda dilettanti tan-nar Josef Hili - President