Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 74

72 wkoll sitt pari kruċetti għall-bandalori u żewġ simboli għall-anġli - ix-xapla u l-manara. Ġewwa l-maħżen, ġew miżbugħa l-antarolji ta’ Triq il-Knisja u l-invelaturi kollha tat-trofej u l-pedestalli tal-pjazza ukoll. Beda x-xoghol fuq it-taraġ tal-Pedestall il-kbir tal-pjazza flimkien mal-mastrudaxxa Anthony Galea u bl-għajnuna ta’ Louis Attard. Inbidlu wkoll, l-għaxar antarjoli ta’ Triq il-Ħamrija f’oħrajn ġodda minn Joe Misfud. Din is-sena, wkoll, bdejna proġett li ser jitgawda kull nhar il-Ġimgħa tal-Festa fuq disinn tal-Kav. Michael Camilleri Cauchi. L-Għaqda għamlet numru ta’ attivitajiet bi skop ta’ ġbir ta’ fondi, fosthom tlett ikliet: fil-festa tal-Martirju f’Awwissu, fil-festa ta’ San Martin f’Novembru u Fenkata fi Frar. Apparti dawn, saru coffee mornings u high teas. Ġiet organizzata lotterija fi żmien il-Milied u ta’ kull xahar issir lotterija tal-prima. Hawnhekk irodd ħajr lill-poplu Xewki għal qalb ġeneruża tiegħu. Grazzi lil dawk kollha li matul is-sena jagħtu l-ħin u dedikazzjoni kontinuwa tagħhom, sabiex nkomplu insebbħu l-armar tal-Festa ad unur il-Patrun tagħna. Viva San Ġwann Battista