Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 73

71 ĦiDMet l-gĦaqDiet Xewkin Mill-Għaqda Armar Xewkija cHarlon cutaJar - PrO Għaddiet sena oħra ħbieb, u għal darb’oħra qiegħed naqsam magħkom il-qarrejja, il-ħidma tal-Għaqda Armar Xewkija matul din is-sena. Wara li nhar it-Tnejn, 23 ta’ Settembru 2019 saret il-laqgħa Ġenerali Annwali fejn inħatar il-kumitat ġdid, dlonk tkompla x-xogħol ġewwa l-Maħżen tal-Armar. Kif jaf kulħadd, aħna x-Xewkin magħrufin għan-numru kbir ta’ pavaljuni tad-dawl għalhekk komplejna bixxogħol ta’ manutenzjoni. Din is-sena kien imiss lis-seba’ pavaljuni li jintramaw fi Triq l-Indipendenza. Dan kien jinkludi brix, tibdil ta’ holders kif ukoll żebgħa tal-istess pavaljuni. L-Għaqda Armar Xewkija kompliet il-proġett ambizzjuż dak ta’ erbatax -il bandalora għal Triq il-Knisja, fuq disinn ta’ Joseph Cauchi. Wara li fil-festa li għaddiet, inawgurajna l-ewwel żewġt bandalori bil-pittura ta’ Adonai Camilleri Cauchi, lestejna x-xogħol tad-drapp bl-għajnuna ta’ xi membri tal-Kumitat Żgħażagħ Brijużi Xewkin u l-ħajjata voluntiera Xewkin. Ġew sfumati, sitt bandalori u sitt sopraporti minn Josef Camilleri, u tnaxil anġlu fuq it-tila min Noel Debono. Sabiex kollox jkun komplut, saret induratura fuq tnejn u għoxrin mazzetta. Matul din is-sena, tkompla r-restawr u tisbiħ fuq ittrofej u l-kolonni ta’ Triq il-Knisja. Inħadmu l-aħħar żewġt armi flimkien ma’ żewġt trofej. Fuq disinni ta’ James Azzopardi, sar xogħol kbir fil-fiber minn xi membri, fejn saru erbgħa u għoxrin disinn u erbgħa u għoxrin pendent għal kolonni, kif ukoll erbgħa u għoxrin disinn u tmienja u erbgħin pendent għattrofej. Ġew restawrati wkoll l-aħħar żewġ anġli minn James Azzopardi sa biex issa is-sett huwa komplut. Biex ikompli jisebbaħ l-armar f’din it-triq, ġew mfassla wkoll tmin settijiet ta’ erba’ bnadar dawk ta’ Malta, tal- Papa, tal-Kavallieri u tal-Fidi. Dawn qegħdin jinħietu volontarjament, minn-nisa Xewkin. Bdejna wkoll, sett ta’ erbatax -il labarda fuq disinn ta’ Joseph Cauchi, xogħol flis-stainless steel ta’ Johnny Micallef, li ħadem