Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 72

70 ħabbret li fuq deċiżjoni personali, is-Surmast Direttur Anthony Borg kien ser jieqaf minn dan l-inkarigu. Filprogramm mużikali fil-ġimgħa tal-festa, quddiem issede tagħna, ħabbarna wkoll is-seba’ surmast direttur tal-banda tagħna, propju lil Mro Mark Gauci, li f’dawn l-aħħar snin kien ukoll l-assistent surmast, kif ukoll għalliem tal-istrumenti tar-ramm. Fix-xhur tas-sajf il-kumitat ħatar lil Marvin Grech bħala assistent tal-Banda Prekursur. Bħal Mro Mark, Marvin m’għandu bżonn l-ebda introduzzjoni għaliex ilu involut mal-Banda Prekursur għal bosta snin, b’mod partikolari fit-tagħlim tal-istrumenti tal-qasba. Matul l-2019 u anki fl-ewwel xhur tas-sena 2020, kompliet għaddejja l-ħidma bla waqfien fis-sede tagħna, fejn saru diversi proġetti. Il-proġett ewlieni kien dak tar-rinovar u restawr tal-kaxxa tat-taraġ tal-każin, fejn tneħħiet iż-żebgħa u nkixfet il-ġebla. Saret installazzjoni ġdida tad-dawl u tikħil u tiswijiet neċessarji. Proġett li kompla jikkumplimenta ferm dak tal-intrata tal-każin. Il-ħidma kompliet billi fl-2019 ġiet ikkummissjonata u installata boxxla ġdida tal-injam, propju bejn l-intrata u l-kaxxa tat-taraġ. Sar ukoll xogħol ta’ tisbiħ u żebgħa fis-sala t’isfel, liema sala tista’ tintuża għall-wirjiet, tagħlim, korsijiet eċċ. Kif sar dan ix-xogħol, beda xogħol ta’ tisbiħ u tibjid fl-area tal-bar, liema xogħol sar mill-barman tal-każin. Dan ix-xogħol ta’ dehra ferm isbaħ lill-bar tal-każin u kkumplimenta wkoll ix-xogħol kollu li sar mis-Soċjetà fl-intrata, filkaxxa tat-taraġ u fis-sala ta’ isfel. Nagħlaq billi nirringrazzja lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor jagħtu l-għajnuna tagħhom lis-Soċjetà, lillbandisti tas-servizz kontinwu tagħhom, lis-surmastrijiet tat-tagħlim, lis-Surmast Anthony Borg tal-ħidma kbira fi ħdan is-Soċjetà, lis-sottokumitati tax-xogħol u s-sehem tagħhom fi ħdan il-Banda, lil sħabi membri tal-kumitat u fl-aħħar u mhux l-inqas lilkom tal-appoġġ kontinwu tagħkom fl-attivitajiet li ntellgħu. Mingħajr l-għajnuna u s-sapport tagħkom żgur li l-ħidma tagħna ma tkunx waħda kompluta. Il-festa t-tajba lil kulħadd!