69
Is-sena 2019 kienet sena importanti għall-Banda
Prekursur għaliex fiha fakkarna 90 sena mit-twaqqif
tagħha. Is-sena 2020 hija sena oħra ferm importanti
għaliex mhux qegħdin infakkaru anniversarju ta’
għaqda iżda anniversarju importanti għall-komunità
tax-Xewkija. Propju din is-sena qegħdin infakkru
175 sena mill-miġja tal-istatwa tal-patrun tagħna
San Ġwann Battista. Dan mhuwiex anniversarju
ta’ numru jew biex ngħidu għandna anniversarju
x’niċċelebraw iżda huwa anniversarju li jfakkarna fuq
dak li naħdmu għalih, fuq il-prinċipji li l-għaqdiet
tar-raħal tagħna huma mibnija. Huwa propju b’dan
l-iskop li l-għaqdiet kollha flimkien mal-parroċċa qed
norganizzaw attivitajiet u festi speċjali marbuta malpatrun
għażiż għalina. Ninsabu f’ċirkostanzi partikolari
ferm, ċirkostanzi li bidlu mhux ftit il-pjanijiet li kienu
qed jiġu mħejjija biex tiġi ċċelebrata festa mill-aqwa.
Żgur li bl-għajnuna ta’ San Ġwann dan iż-żmien jgħaddi
b’wiċċ il-ġid u l-festa tas-sena 2021 ser tkun waħda
kbira u mill-isbaħ, hekk kif il-ħidma tagħna u ta’ tant
għaqdiet oħra, diġà tinsab iffukata fuq is-sena 2021.
Fil-festa tal-2019 is-Soċjetà Filarmonika Prekursur
ĦiDMet l-gĦaqDiet Xewkin
Soċjetà Filarmonika
Prekursur
cHarles borg - Segretarju