68
Wara l-festi tal-Milied, kien imiss li l-Kor jipprepara biex
janima l-Erbgħat tar-Randan, però fiċ-ċirkustanzi, dawn
il-funzjonijiet kellhom jieqfu fit-tielet ġimgħa. Kor Ulied
il-Battista kellu jieqaf ukoll mill-provi fit-tieni ġimgħa ta’
Marzu, minħabba d-direttivi mill-awtoritajiet tas-saħħa.
Għalkemm it-tfal ma setgħux ikomplu jiltaqgħu, dan ma
waqqafhomx milli jkomplu jkantaw flimkien. Bl-użu tatteknoloġija
u b’mod virtwali, Kor Ulied il-Battista reġa’
ngħaqad u l-membri flimkien kantaw il-kanzunetta
Sing bħala messaġġ ta’ kuraġġ u tama li għad nerġgħu
niltaqgħu flimkien. Peress li l-Kor kellu jieqaf ħesrem
ukoll mill-preparamenti għall-festa tal-patrun tagħna
San Ġwann il-Battista, il-Kor ħejja wkoll filmat ieħor, din
id-darba bl-innu Għażiż Ġwanni. Dan l-innu fuq kliem
ta’ Mario Borg u mużika ta’ Mro Mark Gauci, kien tkanta
għall-ewwel darba fil-Knisja Rotunda tax-Xewkija minn
dan l-istess kor fis-6 ta’ Ġunju 2019 – fl-inawgurazzjoni
tat-tużell wara r-restawr estensiv li sar fuqu.
flimkien mal-Kor Vox Clamantis. Fl-4 ta’ Jannar, il-Kor ġie
mistieden biex jieħu sehem f’kunċert ieħor, din id-darba
Epiphany Concert fil-knisja ta’ Sant’Antnin ta’ Padova
ġewwa Għajnsielem. F’dan il-kunċert il-Kor kanta tliet
siltiet. It-tfal kellhom ukoll l-opportunità li fl-aħħar talkunċert
ikantaw is-silta Ħelu Bambin flimkien mat-tliet
korijiet oħra mistednin, kif ukoll mal-kantanta Chiara.
Kor Ulied il-Battista jixtieq jirringrazzja b’mod partikolari
lil Ms Jennifer Grech, tal-għajnuna kollha tagħha, kif
ukoll lil Shaun Borg. Grazzi kbira tmur għat-tfal membri,
li b’impenn, entużjażmu u dedikazzjoni jattendu għallprovi
u funzjonijiet li jkollhom, kif ukoll lill-ġenituri talgħajnuna
kollha tagħhom.