Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 69

67 ĦiDMet l-gĦaqDiet reliġJużi KOR ULIED IL-BATTISTA aMy rapa Kienet sena oħra impenjattiva għall-Kor Ulied il- Battista – kor li bħalissa għandu 42 membru. Dan ilkor tat-tfal jiltaqa’ kull nhar ta’ Sibt għall-provi, sabiex ikun jista’ jipprepara biex jagħti servizz fil-knisja. Kor Ulied il-Battista anima fost oħrajn it-tridu tal-Martirju ta’ San Ġwann, quddiesa fil-festa tal-Madonna tal- Ħniena, quddiesa tal-Madonna tar-Rużarju, quddiesa tal-Qaddisin Kollha, l-quddies tal-Kwaranturi, il-festa ta’ Santa Teodora, quddiesa tal-Familja Mqaddsa, quddiesa tal-Ewwel tas-Sena, quddiesa tal-Epifanija, il-Magħmudija tal-Mulej, kif ukoll il-festa tal-Gandlora. F’dan iż-żmien ukoll, il-Kor ġie mistieden biex ikanta f’attivitajiet oħra, anke barra r-raħal. Fl-istess ħin, kien qed jipprepara għall-festi tal-Milied, fejn din is-sena kellu rwol kemxejn iktar importanti finnovena tal-Milied. Dan peress li t-tema magħżula din is-sena kienet ‘Għanjiet tal-Milied’. Il-Kor ħejja għanja tal-Milied differenti għal kull ġurnata tan-Novena, fosthom Little Drummer Boy, Caro Gesù Bambino, Joy to the World u Ninni la Tibkix Iżjed. Barra minn hekk, uħud mit-tfal tal-kor ħejjew ukoll tliet żifniet għal waqt dawn l-għanjiet, bl-għajnuna ta’ Ms Ilona Masini. Fit-23 t’Awwissu, Kor Ulied il-Battista ħa sehem f’Summer Voices Teens Songfest – attività li kienet tagħmel parti minn Mġarr Fridays. Għall-ewwel darba fix-Xewkija, ġie organizzat ukoll Christmas Market fil-pjazza fejn il-Kor ġie mistieden sabiex jagħmel kunċert ta’ siegħa b’għanjiet tal-Milied. Fl-4 t’Ottubru, Kor Ulied il-Battista, ġie mistieden biex jieħu sehem fl-inawgurazzjoni tal-pjazza tax-Xewkija, fejn kellu l-opportunità jkanta żewġ siltiet, Sing u Ir- Rotunda fil-Glorja Kollha Tagħha, li hija silta mill-musical Rajtek Tinbidel, li kien ittella’ mill-Għaqda Drama Xewkija fil-Knisja Rotunda tax-Xewkija fl-2017. Kor Ulied il-Battista ħa sehem ukoll fit-tielet edizzjoni tal-Kunċert Sounding the Joy of Christmas fit-22 ta’ Diċembru – kunċert tal-orgni u trumbetta, imtella’ fil-knisja tax-Xewkija bil-parteċipazzjoni ta’ Robert Buttigieg bit-trumbetta u Amy Rapa fuq l-orgni. Kor Ulied il-Battista kanta tliet kanzunetti ta’ żmien il-Milied, akkumpanjati minn Shaun Borg fuq l-orgni, Simon Rapa bit-trumbetta kif ukoll Eugene Bajada fuq il-percussion. Din is-sena kienet okkażjoni speċjali fejn il-Kor żanżan għall-ewwel darba libsa ġdida biex tintlibes għallokkażjonijiet speċjali. Ħajr speċjali lil Cefai Formal Wear li ħadu ħsieb lestew dawn l-ilbiesi fi żmien qasir. Għall-ewwel darba wkoll, Kor Ulied il-Battista ħa sehem fil-quddiesa ta’ nofsillejl fil-lejl qaddis tal-Milied