66
ĦiDMet l-gĦaqDiet reliġJużi
LEĠJUN TA’ MARIJA
It-tifsira u l-istorja wara l-Medalja Mirakoluża
Miktub Minn stepHanie attarD
praesiDiuM – MaDonna tal-fiDuċJa
Ġieli smajna bil-Medalja Mirakoluża u ċans kbir ħafna
minna għandhom xi waħda jew tnejn jiġru fil-portmoni
jew id-dar. Imma nafu xi tfisser din il-Medalja? Nafu l-
istorja li hemm madwarha u kif bdiet tinxtered il-qima
lejn din il-Medalja?
Kollox beda f’Pariġi fl-1830 meta Katerina Labouré,
illum qaddisa, kellha dehriet mill-Madonna u f’dawn
id-dehriet, il-Verġni Mbierka qaltilha, “Agħmel domna
fuq dan il-mudell. Dawk li jilbsuha meta tkun imbierka
jaqilgħu grazzji kbar, speċjalment jekk jilbsuha
m’għonqhom. Il-grazzji jkunu bix-xaba’ għal dawk li
għandhom fiduċja.” L-aktar dehra importanti kienet
dik tas-27 ta’ Novembru li fiha l-Verġni Marija talbitha
biex tagħmel medalja f’għamla ovali skont id-dettalji
li wrietha. Fuq naħa kien hemm ix-xbieha tal-Madonna
fuq globu, b’riġlejha tgħaffeġ ras is-serpent, b’idejha
miftuħin li minnhom ħerġin ir-raġġi, li aktar tard ilqaddisa
fissret bħala l-grazzji li l-Madonna lesta tagħti
lil min jitlobhomlha u mad-dawra ovali kien hemm ilkelmiet:
O Marija, imnissla mingħajr dnub oriġinali,
idħol għalina li nirrikorru lejk. Fuq in-naħa ta’ wara
kien hemm l-ittra M, li minn ġo fiha kienet għaddejja
strixxa u li fuq din l-istrixxa kien hemm salib. Madwar
dawn is-simboli kien hemm tnax-il kewkba, waqt li taħt
l-ittra M kien hemm żewġt iqlub, waħda inkurunata
bix-xewk u l-oħra minfuda bis-sejf.
Ħadd ma kien jaf b’dawn id-dehriet tagħha, ħlief il-konfessur
tagħha li fl-1832 għamel l-ewwel domni skont
ix-xewqat tal-Madonna. Mill-ewwel bdew jiġu rrappurtati
każijiet ta’ fejqan tal-għaġeb, konverżjonijiet kbar
u favuri spiritwali, marbutin ma’ din il-medalja, tant li
bdiet tissejjaħ il-Medalja Mirakoluża. Waħda mill-ikbar
konverżjonijiet kienet dik ta’ Alfonsu Ratisbonne li kien
Lhudi u jistmerr lill-Kattoliċi. Iżda hu kkonverta f’Ruma
meta għelbitu l-kurżità u daħal fi knisja u hemm kellu
dehra fejn lemaħ lill-Madonna u d-dehra tagħha kienet
tixbah lix-xbieha tal-Medalja Mirakoluża. Minn hemm
Ratisbonne nbidel u daħal anke mal-Ġiżwiti. Waqqaf
il-kongregazzjoni reliġjuża ta’ Sidtna Marija ta’ Sion biex
taħdem għall-ftehim bejn l-Insara u l-Lhud.
Hawn Malta d-devozzjoni lejn il-Medalja Mirakoluża
kienet imxerrda ħafna minn San Ġorġ Preca u bir-raġun
għax skontu “hi setgħana wisq fuq il-qalb ta’ Alla, li xejn
ma jiċħdilha minn dak li titolbu. Il-predestinati huma
kollha marbutin magħha bi spirtu ta’ vera devozzjoni.
Hija ssaltan ma’ Ġesù Kristu fis-sema bħala reġina, bħala
patruna u bħala omm.”
Għal min jixtieq hawn xi vidjows li wieħed jista’ jara
fuq Santa Katerina Labouré u l-Medalja Mirakoluża:
https://youtu.be/C2pF5XhNSJk u https://www.
youtube.com/watch?time_continue=893&v=a3Z3hi-
Q3k4&feature=emb_title