Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 67

65 ĦiDMet gĦaqDiet reliġJużi M.U.S.E.U.M. - SEZZJONI SUBIEN superJur toni griMa Ġwanni l-Battista… X’għandu speċjali għalina f’din is-sena? Għalina x-Xewkin, din hija sena speċjali. Qegħdin infakkru l-175 sena minn meta Pietru Pawl Azzopardi skolpa flinjam ix-xbieha tal-Prekursur tal-Mulej. Sa minn dakinhar li waslet fir-raħal tagħna u matul il-medda tas-snin, din l-istatwa tal-Patrun tagħna dejjem ġiet miżmuma b’għożża u bi mħabba kbira. Tgħid x’qed jitlob minnha Ġwanni f’din is-sena speċjali? Żgur li festi kbar ma nistgħux nagħmlulu minħabba s-sitwazzjoni li għaddejjin minnha bħalissa. Kieku kellna nitolbu lil Ġwanni jgħidilna x’jixtieq, tgħid x’kien jixtieqna nagħmlulu din is-sena? Naħseb it-tweġiba li kien jagħtina nistgħu neħduha mill-versi tal-Vanġelu ta’ San Ġwann, “Jenħtieġ jikber hu u niċkien jiena” (Ġw. 3, 30). L-iskop uniku tal-ħidma ta’ Ġwanni kien li jwassal lill-bnedmin għand Kristu. Qatt ma fittex unuri għalih innifsu, l-ebda popolarità iżda fittex biss li juri lill-poplu min hu tassew Ġesù biex imur warajh. U żgur li din ukoll kienet tkun ixxewqa tiegħu għalina llum. Forsi ċ-ċirkustanzi li qed ngħixu fihom din is-sena, jistgħu jgħinuna biex inħallu lil Ġwanni jressaqna aktar mis-soltu lejn dak li għaliH wasal biex saħansitra ħa l-martirju. Filfesta nieqsa tista’ tgħid mill-attivitajiet esterni kollha, ejjew nirriflettu ftit fuq dak li jrid Ġwanni minna. Jekk naqbdu ftit il-kelmiet tal-Fundatur tagħna San Ġorġ Preca, jista’ jgħinna nifhmu dak li jixtieq jgħidilna Ġwanni. F’wieħed mill-kotba tiegħu, Ir-Regoli tal-Qaddisin, San Ġorġ Preca jsemmi diversi aspetti ‘regoli’ li l-qaddisin semgħuhom u tgħallmuhom mill-Knisja. Fost dawn insibu “Inżomm b’regola li nagħraf lil Kristu stess f’kull Nisrani, anke li jkun ħażin u għalhekk naqdih minn qalbi”. Meta jitkellem fuq din ‘ir-regola’, Dun Ġorġ jgħidilna li kien Kristu stess li qalilna li kull opra tal-ħniena li aħna nagħmlu ma’ bniedem, jgħoddha magħmula miegħu nnifsu u jekk inċaħħdu opra ta’ ħniena lill-bniedem, jgħoddha mċaħħda lilu nniffsu. U jispiċċa l-ħsieb tiegħu billi jgħidilna li min jagħmel ħniena ma’ bniedem huwa tassew ixxurtjat għallkbir unur li jkollu fil-kuntatt tiegħu mal-persuna ta’ Kristu. Ma jixbahx dan il-kliem lil dak li kien itenni Ġwanni lil-Lhud li kienu jmorru jisimgħuh jgħidilhom biex jagħmlu karità u juru ħniena ma’ dawk ta’ madwarhom? Ejjew napprezzaw lil dawk ta’ madwarna. Ejjew niftħu għajnejna u widnejna għall-ħtiġijiet tal-proxxmu tagħna. Ejjew inħossu dak li qed jgħidilna s-skiet ta’ dawk li niltaqgħu magħhom matul il-ġurnata tagħna. Ejjew permezz ta’ dawk li jinsabu madwarna nħallu lil Ġwanni jressaqna dejjem aktar qrib tal-Iben ta’ Alla li sar bniedem għalina. Il-ħidma tagħna matul is-sena Matul is-sena li għaddiet komplejna għaddejjin bil-ħidma tagħna mat-tfal u l-adolexxenti li jattendu fil-qasam tagħna. Minbarra l-laqgħat ta’ formazzjoni fil-klassijiet tagħna, organizzajna wkoll diversi laqgħat u attivitajiet rikreattivi anke flimkien ma’ oqsma oħrajn. Però kif tafu dawn l-attivitajiet kellhom jitwaqqfu ħesrem bid-direttivi li ħarġu marbuta mal-pandemija li ħarbtet ir-rutina mhux biss ta’ pajjiżna imma tad-dinja kollha. Matul dan iż-żmien l-uniku mezz ta’ kuntatt kien permezz tal-midja soċjali fosthom il-paġna tal-Facebook tal-Qasam tagħna. B’mod regolari konna nibagħtu emejls maħruġa mis-Soċjetà b’tagħrif u informazzjoni utli għall-użu tal-familji. Is-Soċjetà fetħet ukoll YouTube Channel immirat li joffri materjal formattiv għat-tfal u l-adolexxenti. L-adolexxenti minn Form 3 ’il fuq ġew offruti l-opportunità li darba fil-ġimgħa jingħaqdu ma’ sħabhom li jattendu fl-oqsma ta’ Għawdex għal-laqgħat onlajn. Għamilna wkoll laqgħat onlajn oħra mat-tfal u l-adolexxenti li jattendu fil-klassijiet tal-Qasam tagħna. Iżda minkejja dan il-kuntatt virtwali nħarsu ’l quddiem u nittamaw li bil-għajnuna ta’ Alla ma ndumux ma noħorġu minn dan iż-żmien li għaddejjin minnu u mill-ġdid inkunu nistgħu nerġgħu naraw l-Qasam tagħna mimli bit-tfal u l-adolexxenti li jagħtu l-ħajja lil dan il-monument ħaj li ħallielna l-Fundatur. Nittamaw li sa meta nerġgħu niftħu l-bibien tagħna nkunu temmejna wkoll il-proġett li ħabbarna s-sena li għaddiet u jkollna l-grawnd tagħna bit-turf. B’hekk inkunu qed noffru post aktar attreanti u adattat għall-istudenti tagħna. Nawguraw li jkollna festa qaddisa li tassew tressaqna aktar qrib ta’ Ġesù kif jixtieqna l-Patrun tagħna Ġwanni l-Battista.