64
ĦiDMet l-gĦaqDiet reliġJużi
M.U.S.E.U.M. - SEZZJONI BNIET
superJura antonia MifsuD
L-ISPIRTU TAT-TALB F’SAN ĠWANN BATTISTA
Insellmulkom ħbieb u l-paċi magħkom.
Dis-sena xtaqt naqsam magħkom ftit ħsibijiet fuq
l-ispirtu ta’ talb f’San Ġwann Battista. Fil-Vanġelu ta’
San Luqa Kapitlu 1, insibu li San Ġwann kien frott tattalb
għax ommu u missieru kienu jixtiequ li jkollhom
tarbija u talbu bil-ħerqa lil Alla.
Huma kienu nies ġusti quddiem il-Mulej. Kienu jħarsu
l-kmandamenti t’Alla u kienu dejjem marbutin malvolontà
t’Alla. L-ispirtu ta’ talb li kellhom għaddewh lil
Ġwanni. Ġwanni mexa fuq l-eżempju tagħhom għax
wara li mietu, Ġwanni rtira fid-deżert biex jgħix ħajja
ta’ ġabra. Huwa pprepara ruħu sa dak il-jum li fih kellu
joħroġ u juri ruħu quddiem il-poplu ta’ Iżrael.
Il-fundatur tagħna San Ġorġ Preca, lilna riedna nimxu
fuq il-passi tiegħu. Fil-fatt ħallielna ħafna talb għal matul
il-jum, imsejjaħ Arloġġ ta’ Talb. L-istess fundatur kien
jgħidilna li ġurnata mingħajr talb hija ġurnata mitlufa.
Kien jgħidilna wkoll li l-ħsejjes tad-dinja u ħafna xogħol
żejjed itellfuna mit-talb u s-smigħ tal-kelma t’Alla.
NIRRIFLETTU FTIT
Fil-ħajja tiegħi kemm qed insib żmien u ħin għat-talb?
Qed inħalli l-ħwejjeġ tad-dinja jew ix-xogħol żejjed
ikaxkarni mal-kurrent? Kemm qed niġbor ’il-familja biex
nitolbu flimkien, speċjalment għat-talba tar-rużarju?
Dejjem ngħidu li m’għandniex ħin, it-tfal ma
ħallejnilhomx ħin għall-quddiesa, id-duttrina u t-talb
mal-familja. Qed insibu ħin biex nipparteċipaw filquddies
tal-Ħadd flimkien ma’ wliedna? Iż-żmien u l-ħin
jien biss irrid infittxu u jekk irrid nista’ nsibu.
Naqra ta’ virus ma jidhirx waqqaf il-ħajja mgħaġġla li
kellna ta’ kuljum, kemm tagħna l-kbar u anke taż-żgħar
u għalaqna ġod-djar tagħna. Dan itina lok biex nieqfu
naħsbu u nirriflettu. Dan hu l-mument li ngawdu iktar
lil xulxin u nissaħħu bħala familja fl-imħabba u fit-talb.
It-talb huwa biss it-tarka f’dan il-mument tal-ġlieda
kontra dan il-virus qerriedi.
Ħuti nieħdu dan iż-żmien li għaddejjin minnu bħala
providenza t’Alla biex nidħlu ftit fina nfusna u naraw xi
stajna u kellna nagħmlu u ħallejnieh. Alla qed jagħtina
d-dawl biex nindunaw li mingħajru m’aħna xejn u ma
ngħaddux. Il-flus mhux kollox, il-karriera lanqas iżda
Alla hu li jimla l-qlub u l-familji bil-paċi.
Nitolbu lil San Ġwann ikompli jbierek lix-Xewkin missema
u jeħlisna minn dan il-virus qerriedi. Filwaqt li
nirringrazzjawkom tal-ġenerożità tagħkom u tal-fiduċja
li dejjem urejtu fina, inwegħdukom it-talb tagħna.
Għallmu lil uliedkom ikellmu u jitolbu lil Alla fis-skiet.
Bil-ħerqa qed nistennew lil uliedkom. Insellu għalikom
u għal uliedkom.
Is-Superjura u s-Soċi.