Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 65

63 ĦiDMet l-gĦaqDiet reliġJużi AZZJONI KATTOLIKA tereża Xuereb L-Esperjenza Tiegħi Fi Ħdan L-Azzjoni Kattolika L-Azzjoni Kattolika għalqet 90 sena minn mindu twaqqfet f’Malta. L-Azzjoni Kattolika fix-Xewkija taf it-twaqqif tagħha sa minn qabel it-Tieni Gwerra Dinjija għall-ħabta tal-1937 – 1938. Il-laqgħat kienu jsiru jew fis-sagristija, jew fin-Nazzarenu – kappella ħdejn il-knisja l-qadima li kellha titwaqqa’ biex tinbena r-Rotunda. Aktar ’il quddiem, fergħa oħra tan-nisa nfetħet fi blokk tad-djar fil-Ħamrija, fejn kien hemm ħafna familji. F’dak iż-żmien jien ġejt avviċinata biex nattendi, billi kont noqgħod f’dawk l-inħawi. Minn dakinhar ’l hawn ma ħaristx lura u għadni nattendi sal-lum fl-inħawi ta’ Ġokk. Konna niltaqgħu ġol-garaxx ta’ Marija Grech, li offritulna mingħajr ebda ħlas. Ġieli użajna wkoll xi garaxxijiet oħra f’dawn in-naħat. L-Assistent Ekkleżjastiku kien Mons. Ġorg Mercieca, li kien jiġi regolarment, ippreparat għal dawn il-laqgħat. grazzi għal dan it-tagħlim, stajt naffaċċja dawn iddiffikultajiet u nieħu kollox minn idejn Alla. Iktar tard fil-ħajja, ġie jżurni saram mhux żgħir. Il-prova kienet kbira, imma ħassejtni bħal sur iffortifikat, mhux ħajt se jaqa’ u ma jaqax. F’mumenti ta’ qtigħ il-qalb, kont inħoss jidwi f’widnejja l-kliem tal-Vanġelu: “Tibżgħux, huwa jien” u “Ejjew għandi intom li intom imħabbtin u mtaqqlin u jien inserraħkom.” Grazzi Mulej talli mxejt miegħi tul ħajti kollha, talli stedintni biex nattendi l-laqgħat fi ħdan l-Azzjoni Kattolika. Biex nurik apprezzament qed immexxi siegħa adorazzjoni darba f’xahar, fl-inħawi ta’ Ġokk, f’isem l-Azzjoni Kattolika. Hemm nitolbu għal kulħadd, speċjalment għal din l-Għaqda qaddisa. Nappella biex min jista’ jattendi, ma jibqax lura – titilfux dan it-tagħlim sabiħ. Għandna diversi friegħi, agħżlu waħda l-iktar adattata għalikom. Żgur li ma jiddisjaċikomx. Ikun imfaħħar Ġesù Kristu. Illum qed niltaqgħu f’Ta’ Ġokk, f’garaxx tal-knisja. Jien presidenta tal-fergħa nisa li joqogħdu f’dawn l-inħawi. L-Assistent Ekkleżjastiku hu Dun Ġwann Mizzi li jagħmel ħiltu kollha biex iwasslilna t-tagħlim meħud mill-Vanġelu u tagħlim ieħor li jista’ jkun ta’ ġid. It-tagħlim li ħadt minn din l-Għaqda għinni f’kull fażi ta’ ħajti, bl-inżul u t-tlajja’ tagħha. Dan it-tagħlim sawwarni, naġarni u qawwieni waqt il-problemi li kelli nħabbat wiċċi magħhom tul il-ħajja tiegħi. Kontinwament, kont qed nieħu formazzjoni tajba biex flimkien ma’ żewġi nrabbi ’l uliedna b’valuri sodi mnebbħa mill-Kelma ta’ Alla. Is-slaleb u l-problemi fil-ħajja ma jonqsux, imma L-Arċipriet flimkien mal-Kleru kollu jixtieq jawgura l-festa t-tajba lix-Xewkin kollha.