60
ĦiDMet l-gĦaqDiet reliġJużi
GĦAQDA ABBATINI XEWKIJA
marK attarD
L-GĦAN TAL-GĦAQDA
L-Għaqda Abbatini Xewkija ġiet imsawra bl-għan
prinċipali li tilqa’ fiha dawk it-tfal u adolexxenti millparroċċa
tagħna li jikkommettu ruħhom fil-qadi talaltar
waqt is-servizzi liturġiċi ta’ matul is-sena. Hu impenn
li jitlob ħafna ħidma u dedikazzjoni biex permezz
ta’ ħidmiethom, l-abbatini jagħmlu ċ-ċelebrazzjonijiet
Ewkaristiċi aktar xierqa.
5 ABBATINI ĠODDA
Wara diversi xhur ta’ preparazzjoni mis-Seminarista
Franklin Micallef nhar it-Tlieta 18 ta’ Ġunju, 2019 saret
il-vestizzjoni ta’ ħames abbatini ġodda. Dawn kienu:
Aiden-Jason Formosa, Einathan Galea, Luke Mifsud,
Francesco Mampalao u Jan Sacco. Din il-vestizzjoni
saret waqt il-quddiesa tan-novena mmexxija mill- Kappillan
tal-Parroċċa ta’ Kerċem, Dun Brian Mejlak li huwa
wkoll id-Direttur Djoċesan għall-abbatini.
IL-BARBIKJU GĦALL-ABBATINI U
L-ĠENITURI
Nhar it-22 ta’ Awwissu ġie organizzat
barbikju għalina u
għall-ġenituri tagħna ġewwa
Ħondoq ir-Rummien. Waqt din l-
attività, l-Arċipriet irringrazzjana
tas-servizz li nagħtu fil-parroċċa
tagħna, kif ukoll lill-ġenituri talappoġġ
kontinwu li jagħtuna.
IL-LAQGĦAT TA’ KULL ĠIMGĦA,
IŻDA MHUX BISS...
IL-LIVE-IN
Attività annwali li tkun mistennija mill-abbatini hija
l-live-in ġewwa Malta. Din is-sena, din l-attività kienet
organizzata bejn il-15 u s-17 ta’ Lulju mill-Arċipriet u
s-Seminarista Franklin Micallef. Waqt dawn il-jumejn
morna ngħumu fil-bajja ta’ Għajn Tuffieħa, attendejna
għall-festa tal-Madonna tal-Karmnu fil-Belt Valletta,
żorna l-Control Tower tal-Ajruport Internazzjonali ta’
Malta u morna mawra bid-dgħajsa madwar il-gżejjer
ta’ San Pawl.
Matul din is-sena, is-Seminarista Franklin kien ta’
kull ġimgħa jorganizzalna laqgħat ta’ informazzjoni.
Matul dawn il-laqgħat konna niddiskutu l-attivitajiet
li kien ikun imiss, kif ukoll ningħataw tagħlim siewi
għal ħajjitna. Ma kienx jonqos li wara l-laqgħa konna
ninġabru fil-grawnd taċ-Ċentru Parrokkjali bien
nilagħbu logħba futbol flimkien. Sfortunatament dawn
il-laqgħat intemmu ħesrem bħala prevenzjoni tat-tixrid
tal-COVID-19.
FTIT MUMENTI TA’ SPIRITWALITÀ
Fix-xahar iddedikat lit-talba tar-Rużarju aħna l-abbatini
ħadna sehem f’Rużarju meditat li sar fil-pjazza ta’ quddiem
is-Santwarju ta’ Pinu. Imbagħad waqt it-tlett ijiem
li fihom il-parroċċa tagħna ċċelebrat il-Kwaranturi
Mqaddsa, Is-Seminarista Franklin mexxa ftit mumenti
ta’ adorazzjoni quddiem Ġesù fl-Ewkaristija.