Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 61

59 Mit-Tnejn 23 sal-Ġimgħa 27 ta’ Marzu – Saru l-eżerċizzi tar-Randan għaż-żgħażagħ. Dawn twasslu minn Dun Gabriel Gauci permezz ta’ messaġġ rekordjat kuljum fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa. il-Ġimgħa 27 ta’Marzu – Illum kellu jsir ilpellegrinaġġ bl-istatwa tar-Redentur, iżda minħabba ċ-ċirkustanzi dan ma sarx. Saret biss il-quddiesa bilprietka. Wara kien previst li ssir il-Via Sagra meditata fil-knisja, iżda minflokha ġejna mistiedna nsegwu l-velja ta’ talb li l-Papa Franġisku għamel fi Pjazza San Pietru, peress li kienet taħbat fl-istess ħin. Din il-velja b’talb speċjali fi żmien il-pandemija kienet imxandra fuq TVM2. it-Tlieta 31 ta’ Marzu – Illum saret it-tielet katekeżi fuq San Ġwann Battista minn P. Marcello Ghirlando OFM, bi tħejjija għall-Festa 2020. Din kellha ssir il-Ħamis ta’ qabel imma ġiet trasferita għal-lum minħabba impenji oħra tal-predikatur. Il-katekeżi kienet mxandra b’mod dirett ukoll. april 2020 il-Ġimgħa 3 ta’April – Illum ġiet iċċelebrata l-festa tad-Duluri. Fil-5.15pm saret quddiesa bil-prietka u wara saret meditazzjoni fuq is-seba’ duluri tal- Madonna minn quddiem in-niċċa tagħha ġewwa l-knisja. Fi tmiemha sar affidament tal-parroċċa lill-Madonna fid-dawl taċ-ċirkustanzi attwali. Dawn l-attivitajiet kienu mxandrin b’mod dirett fuq il- YouTube Channel ta’ Radju Prekursur. Il-purċissjonipageant li soltu ssir f’din l-okkażjoni, din is-sena lanqas setgħet issir. Mill-Ħadd 5 u sal-Ħadd 12 ta’ April – Saru ċ-ċelebrazzjonijiet kollha tal-Ġimgħa Imqaddsa bil-bibien magħluqa u kienu mxandra fuq l-Internet għall-benefiċju ta’ dawk li xtaqu jieħdu sehem f’dawn iċ-ċelebrazzjonijiet. l-erbgħa 8 ta’April – Fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa ġiet imxandra Via Sagra rrekordjata mit-tfal tal-parroċċa tagħna, minn djarhom. Din ġiet imxandra bħala parti mill-attivitajiet konnessi mal-Ġimgħa Mqaddsa. il-Ħamis 16 ta’ April – Illum tajna bidu għall- Ħamisijiet ta’ San Ġwann. Fil-5.15pm saret quddiesa bil-prietka mill-Arċipriet, li kienet imxandra b’mod dirett. Fi tmiem il-quddiesa tlabna wkoll il-kurunella lil San Ġwann. Matul dawn il-Ħamisijiet fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa ġiet imnedija wkoll kompetizzjoni għat-tfal. Kull nhar ta’ Ħamis huma kellhom jaqraw silta mill-Vanġelu b’rabta ma’ San Ġwann u jieħdu sehem fil-kompetizzjoni. Il-Ħamis ta’ wara kien jintgħażel bix-xorti r-rebbieħ jew rebbieħa tal-ġimgħa ta’ qabel. il-Ħadd 19 ta’ April – Festa tal-Ħniena Divina. Mit- 3.00pm sal-4.00pm saret siegħa adorazzjoni b’talb speċjali lill-Ħniena Divina u wara ġiet iċċelebrata quddiesa bil-prietka tal-okkażjoni. il-Ħamis 30 ta’ April – Illum saret ir-raba’ katekeżi fuq San Ġwann Battista minn P. Marcello Ghirlando OFM, li kienet imxandra b’mod dirett fuq l-Internet. Illum ukoll fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa xxandar video ieħor mit-tfal tal-Kor Ulied il-Battista. Din id-darba bl-għanja “Għażiż Ġwanni”, li huma rrekordjaw minn djarhom. MeJJu 2020 il-Ġimgħa l-1 ta’ Mejju – Illum tajna bidu għaxxahar tal-Madonna. Waqt l-adorazzjoni ta’ filgħodu l-Arċipriet qara l-ittra tal-Papa Franġisku dwar ixxahar ta’ Mejju u li fiha l-Papa ħeġġeġ lill-Insara biex jitolbu r-rużarju kuljum speċjalment f’dan iż-żmien ta’ pandemija. il-Ġimgħa 8 ta’ Mejju – Illum kienet taħbat il-festa tal-Madonna tar-Rużarju ta’ Pompej. F’nofsinhar l-Arċipriet mexxa t-talba tas-Supplika lill-Madonna fi tmiem l-adorazzjoni li saret mill-11.00am sa nofsinhar. il-Ħadd 10 ta’ Mejju – Jum l-Omm. Fil-quddiesa tad- 9.30am sar talb speċjali għall-ommijiet kollha ħajjin u mejtin. Din is-sena sar talb speċjali għall-ommijiet li tilfu ħajjithom jew xi persuna għażiża kawża tal-Covid-19. Sar ukoll talb għall-ommijiet tobba jew infermiera li kienu qed jiċċaħħdu mill-familji tagħhom biex jgħinu lil dawk milquta mill-virus. il-Ħadd 10 ta’ Mejju – Fil-bullettin tal-lum tħabbar li kien ingħata bidu għax-xogħol ta’ rinovazzjoni u tisbiħ tan-niċċa ta’ San Ġwann Battista. Id-disinn tagħha sar minn Manuel Farrugia u ġie ppubblikat illum fuq il-paġna ta’ Facebook tal-parroċċa. il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju – Tajna bidu għan-novena tal-Ispirtu s-Santu bi tħejjija għall-festa ta’ Għid il- Ħamsin. Kuljum fil-quddiesa kien jingħad il-Veni Creator. il-Ġimgħa 22 ta’ Mejju – Illum ħarġu direttivi ġodda mill-Isqfijiet Maltin u l-Awtoritajiet tas-Saħħa li kienu jippermettu li jerġgħu jibdew isiru l-funerali fil-knisja imma b’diversi prekawzjonijiet. il-Ħamis 28 ta’ Mejju – Saret il-ħames katekeżi fuq San Ġwann Battista minn P. Marcello Ghirlando flokkażjoni ta’ din is-sena speċjali. il-Ħadd 31 ta’ Mejju – Illum kien jaħbat il-50 sena mit-tqegħid tas-salib tal-koppla tal-knisja Rotunda. Fl-4.00pm saret quddiesa ta’ radd il-ħajr lil Alla b’talb speċjali għall-benefatturi kollha ħajjin u mejtin tal-parroċċa, speċjalment dawk li kienu involuti filbini tal-knisja. Fi tmiem il-quddiesa nqrat il-poeżija tal-Poeta Xewki Anton Haber li kien kiteb u qara hu stess għal dik l-okkażjoni 50 sena ilu. MID-DJARJU t a l - p a r r o ċ ċ a