58
MID-DJARJU
t a l - p a r r o ċ ċ a
il-Ħadd 12 ta’ jannar – Fl-okkażjoni tal-Magħmudija
tal-Mulej, l-Isqof Mario Grech Amministratur
Appostoliku għad-Djoċesi t’Għawdex mexxa
konċelebrazzjoni solenni li fiha amministra
s-sagrament tal-magħmudija.
il-Ħadd 26 ta’ jannar – Fuq xewqa tal-Papa
Franġisku llum ġie ċċelebrat għall-ewwel darba
fil-knisja l-Ħadd tal-Kelma t’Alla. Fil-parroċċa
tagħna saret ċelebrazzjoni speċjali tal-Kelma waqt
il-quddiesa tad-9.30am. F’din l-okkażjoni l-Arċipriet
qassam kopja tal-Vanġelu ta’ San Luqa lill-familji
kollha preżenti.
il-Ħamis 30 ta’ jannar - Saret l-ewwel katekeżi fuq
San Ġwann Battista bi tħejjija għall-festi speċjali
ta’ din is-sena. Din tmexxiet minn Patri Marcello
Ghirlando OFM. Din il-katekeżi kellha tibqa’ ssir kull
l-aħħar Ħamis tax-xahar.
frar 2020
il-Ħadd 2 ta’ Frar – Fl-okkażjoni tal-festa tal-
Gandlora fil-parroċċa tagħna saret il-preżentazzjoni
tat-tfal tal-Ewwel Tqarbina waqt konċelebrazzjoni
li tmexxiet mill-Arċipriet fid-9.30am Kanta l-kor tattfal.
Fi tmiem il-quddiesa sar it-tiġdid tal-affidament
tal-parroċċa tagħna lill-Madonna fl-okkażjoni talewwel
sena miż-żjara tal-kwadru tal-Madonna ta’
Pinu ġewwa l-parroċċa tagħna.
il-Ħadd 2 ta’ Frar – Illum ġiet imnedija attività ta’
karità fl-okkażjoni ta’ din is-sena speċjali. Din kienet
tikkonsisti f’kampanja ta’ għoti tad-demm, bil-mira li
jinġabru 175 borża demm fl-okkażjoni tal-175 sena
tal-istatwa ta’ San Ġwann Battista. Dawk li jieħdu
sehem kellhom jingħataw tifkira ta’ rikonoxximent.
il-Ħadd 9 ta’ Frar – Fil-bullettin tal-lum tħabbar li
l-parroċċa tagħna kienet ser torganizza pellegrinaġġ
għal Lourdes bejn it-3 u s-7 ta’ Awwissu 2020. Ftit talġimgħat
wara dan il-pellegrinaġġ kellu jiġi pospost
minħabba l-imxija tal-Covid-19.
it-Tnejn 10 ta’ Frar – Waqt li llum f’pajjiżna konna
qed niċċelebraw il-festa tal-Appostlu Missierna San
Pawl, l-Isqfijiet ta’ Malta u Għawdex ħabbru li fil-31
ta’ Mejju l-Papa Franġisku kellu jżur il-gżejjer tagħna.
Aktar tard din iż-żjara wkoll kellha tiġi posposta
minħabba l-imxija tal-Covid-19.
l-erbgħa 26 ta’ Frar – Tajna bidu għar-Randan
Imqaddes. Fil-5.15pm saret quddiesa b’katekeżi
speċjali għat-tfal u l-ġenituri. Din il-quddiesa kellha
tkompli ssir matul l-Erbgħat kollha tar-Randan. Illum
ukoll ġew imżanżna kotba ġodda tal-kant għal
żmien ir-Randan u l-Għid.
il-Ħamis 27 ta’ Frar – Saret it-tieni katekeżi fuq San
Ġwann Battista minn P. Marcello Ghirlando OFM bi
tħejjija għall-festa 2020.
Marzu 2020
il-Ħadd 1 ta’ Marzu – L-ewwel Ħadd tar-Randan.
Wara l-quddiesa tal-4.00pm saret it-talba tal-Għasar
flimkien mas-saċerdoti tal-parroċċa u ngħatat il-
Barka Sagramentali. Din it-talba kellha tibqa’ ssir
kull nhar ta’ Ħadd matul il-Ħdud kollha tar-Randan.
is-Sibt 7 ta’ Marzu – Bdew il-laqgħat ta’ katekeżi
għall-koppji li żżewġu fl-aħħar għaxar snin. Dawn
il-laqgħat qed jitmexxew minn Dun Gabriel
Gauci flimkien ma’ xi animaturi mill-Kummissjoni
Djoċesana Familja u kellhom jibgħu jsiru kull
l-ewwel Sibt tax-xahar.
Mit-Tnejn 9 sal-Ġimgħa 13 ta’ Marzu – Saru
l-eżerċizzi tar-Randan għall-koppji miżżewġin. Dawn
l-eżerċizzi tmexxew mill-Kappillan tal-Fontana l-Kan.
Simon Cachia. Sfortunatament il-Ħamis u l-Ġimgħa
ma sarux minħabba d-direttivi li ħarġu b’effett
immedjat f’rabta mat-tixrid tal-Coronavirus f’pajjiżna.
il-Ħamis 12 ta’ Marzu – L-Isqfijiet ta’ Malta u
Għawdex flimkien mal-Awtoritajiet tas-Saħħa ħarġu
direttivi biex il-quddies għalissa ma jsirx aktar bissehem
tan-nies u biex jiġu sospiżi b’effett immedjat
il-laqgħat kollha fi gruppi bħala prevenzjoni mit-tixrid
tal-Coronavirus, li issa kien daħal ukoll f’pajjiżna.
il-Ġimgħa 13 ta’ Marzu – Il-knisja tagħna bdiet
tkun miftuħa biss bejn is-6.00am u t-8.00am u bejn
is-6.00pm u s-7.00pm għat-talb personali fis-skiet,
filwaqt li bdew isiru biss żewġ quddisiet fil-magħluq,
mingħajr is-sehem tan-nies, li kienu jixxandru fuq
Radju Prekursur u fuq l-Internet.
il-Ħadd 15 ta’ Marzu – Fil-bullettin tal-parroċċa
tħabbru diversi ċelebrazzjonijiet mill-knisja Rotunda
li kienu ser jiġu mxandra f’xandira diretta fuq Radju
Prekursur f’dan iż-żmien partikolari. Dawn kienu
jikkonsistu fil-quddiesa ta’ kuljum fid-9.00am u
fil-5.15pm, il-quddiesa tal-Ħadd fid-9.30am u fl-
4.00pm, adorazzjoni Ewkaristika t-Tnejn u l-Ġimgħa
mill-11.00am sa nofsinhar, Via Sagra kull nhar ta’
Ġimgħa wara l-quddiesa tal-5.15pm, ir-rużarju
meditat kull nhar ta’ Sibt wara l-quddiesa tal-5.15pm
u t-talba tal-Għasar u l-Barka Sagramentali kull nhar
ta’ Ħadd wara l-quddiesa tal-4.00pm.
Mit-Tnejn 16 sal-Ġimgħa 20 ta’ Marzu – L-eżerċizzi
tar-Randan għal kulħadd li kellhom isiru filparroċċa
matul din il-ġimgħa saru xorta waħda u
ġew imxandra b’mod dirett fuq l-Internet. Dawn
tmexxew minn Dun Mikiel Borg.
l-erbgħa 25 ta’ Marzu – Fl-10.00am l-Arċipriet mexxa
programm fuq Radju Prekursur li fih ta tagħrif dwar
iċ-ċelebrazzjoni tas-sagrament tal-Qrar u l-indulġenzi
f’rabta mas-sitwazzjoni tal-Covid-19, fid-dawl ta’ żewġ
dokumenti mogħtija mill-Penitenzerija Appostolika
fil-Vatikan. F’dan il-programm setgħu jipparteċipaw
is-semmiegħa billi jċemplu fil-programm.