Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 59

57 is-Sibt 21 ta’ Diċembru – Fiċ-Ċentru Parrokkjali ġiet inawgurata wirja tal-Milied organizzata mill- Għaqda Milied Xewkija. Żewġ presepji oħra kbar kienu esibiti fil-knisja Rotunda u presepju ieħor taħt iz-zuntier tal-knisja. il-Ħadd 22 ta’ Diċembru – Għat-tielet darba, fil- Parroċċa tax-Xewkija ttella’ l-Kunċert Sounding the Joy of Christmas bil-parteċipazzjoni ta’ Robert Buttigieg bit-trumbetta u Amy Rapa fuq l-orgni. Ħa sehem ukoll Kor Ulied il-Battista u l-mużiċisti Simon Rapa u Eugene Bajada. it-Tlieta 24 ta’ Diċembru – Filgħaxija saret ilpurċissjoni tradizzjonali tal-Bambin, organizzata mill-Museum tas-Subien. Wara ttella’ programm tal-Milied fil-knisja, li kien jinkludi wkoll il-prietka tat-tifel. Aktar tard, fil-11.00pm ngħata bidu għallkunċert tal-Milied fuq l-orgni minn Noel Gallo u f’11.45pm bdiet il-quddiesa solenni tal-lejl tal-Milied. il-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru – Għat-tielet sena konsekuttiva ġiet organizzata ikla tal-Milied fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-persuni li jgħixu weħidhom. Din l-attività ġiet organizzata mill-Kummissjoni Djakonija tal-parroċċa bil-għajnuna ta’ diversi żgħażagħ. il-Ġimgħa 27 ta’ Diċembru – Illum sar ukoll il-festin tat-tfal tal-parroċċa. It-tfal ħadu sehem fil-quddiesa tal-5.15pm u mbagħad komplew bil-festa fiċ- Ċentru Parrokkjali, fejn ġie wkoll Father Christmas iqassmilhom ir-rigali. il-Ħadd 29 ta’ Diċembru – Illum fuq il-bullettin tal-parroċċa ġie ppubblikat uffiċjalment il-logo tas-sena speċjali 2020, fl-okkażjoni tal-175 sena talistatwa ta’ San Ġwann Battista. Il-logo huwa xogħol ta’ Paul Falzon. il-Ħadd 29 ta’ Diċembru – Festa tal-Familja ta’ Nazaret. Fid-9.30am saret quddiesa bis-sehem talfamilji. Fi tmiem il-quddiesa saret it-tberik tat-trabi u t-tfal. Filgħaxija fil-knisja Rotunda ttella’ kunċert ieħor tal-Milied, din id-darba mill-Gozo Community Choir. it-Tnejn 30 ta’ Diċembru – L-adolexxenti talparroċċa tagħna kellhom ħarġa għal Malta fejn fost l-oħrajn, żaru l-Creche tas-Sorijiet Ursolini f’Tas-Sliema u tawhom ir-rigali li kienu nġabru mittfal tal-parroċċa tagħna waqt in-novena tal-Milied. Is-sorijiet irringrazzjaw lit-tfal kollha tar-raħal tax- Xewkija għall-ġenerożità kbira tagħhom, filwaqt li l-adolexxenti tagħna qattgħu xi ħin jilagħbu mat-tfal li jgħixu f’dik id-dar. it-Tnejn 30 ta’ Diċembru – Illum ukoll saret attività tal-Milied għall-gruppi tal-Lectio Divina. Huma ċċelebraw l-Ewkaristija fil-knisja ta’ Ġesù Nazzarenu fix-Xagħra u wara ż-żaru n-Night Shelter fiċ-Ċentru Ġesù Nazzarenu fejn kellhom ukoll refreshments. Żaru wkoll wirja tal-presepji fl-istess Ċentru. it-Tlieta 31 ta’ Diċembru – Fil-5.15pm saret ilquddiesa ta’ radd il-ħajr bil-kant tat-Te Deum. Aktar tard, fil-11.00pm, saret quddiesa oħra li permezz tagħha temmejna s-sena 2019 u bdejna s-sena 2020. Jannar 2020 l-erbgħa 1 ta’ jannar – Tajna bidu għal din is-sena speċjali li fiha bħala parroċċa qed infakkru l-175 sena mill-miġja tal-istatwa ta’ San Ġwann Battista fostna. il-Ħadd 5 ta’ jannar – Festa tal-Epifanija tal-Mulej. Wara l-quddiesa tal-10.30am tħabbru r-rebbieħa u ngħataw il-premijiet tal-kompetizzjonijiet tal-isbaħ presepju fid-djar u l-isbaħ tieqa mżejna, organizzati mill-Għaqda Milied Xewkija. Mit-Tnejn 6 sas-Sibt 11 ta’ jannar – Matul din ilġimgħa saret il-ġabra tal-Istrina ta’ San Ġwann. F’din l-okkażjoni tqassam ukoll il-kalendarju tal-parroċċa 2020 lill-familji kollha, b’ritratti mill-isbaħ tal-istatwa, fl-okkażjoni ta’ din is-sena speċjali. MID-DJARJU t a l - p a r r o ċ ċ a