Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 58

56 MID-DJARJU t a l - p a r r o ċ ċ a il-Ħamis 10 ta’ Ottubru – Saret siegħa adorazzjoni b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet, bis-sehem talabbatini u l-ġenituri tagħhom. Din l-adorazzjoni kellha tibqa’ ssir kull tieni Ħamis tax-xahar matul din is-sena pastorali li fid-djoċesi tagħna ġiet iddedikata għall-vokazzjonijiet. il-Ħadd 13 ta’ Ottubru – Saret l-Assemblea Parrokkjali f’Dar Manresa fir-Rabat li fiha ġie propost li jitwaqqfu fil-parroċċa tagħna diversi Kummissjonijiet biex jikkoordinaw aħjar il-ħidma tad-diversi gruppi u għaqdiet li diġà għandna. Il-laqgħa ntemmet b’mumenti ta’ adorazzjoni quddiem Ġesù Ewkaristija u t-talba tal-Għasar. il-Ħadd 20 ta’ Ottubru – Fid-dinja Kattolika ġiet iċċelebrata l-Ġurnata Missjunarja. Fil-parroċċa tagħna fid-9.30am kellna konċelebrazzjoni mmexxija mill-Isqof Mons. George Bugeja li qed jaqdi l-missjoni tiegħu fi Tripli u Benghażi fil-Libja. Wara l-omelija, l-Isqof Bugeja ta l-mandat lillkatekisti u lill-animaturi tal-parroċċa tagħna. noVeMbru 2019 il-Ħadd 1 ta’ Novembru – Solennità tal-Qaddisin kollha. Fil-5.15pm saret konċelebrazzjoni solenni. Ħa sehem Kor Ulied il-Battista. is-Sibt 2 ta’ Novembru – Fil-Knisja Kattolika llum ġiet ċċelebrata t-tifkira solenni tal-Fidili Mejtin Kollha. Fiċ-ċimiterju tal-parroċċa tagħna saret konċelebrazzjoni solenni fl-4.00pm, li tmexxiet mill-Arċipriet Mons. Daniel Xerri. F’din il-quddiesa ġew imfakkra b’mod speċjali l-membri tal-komunità tagħna li mietu matul l-aħħar sena. Fi tmiem iċċelebrazzjoni sar it-tberik tal-oqbra. Mit-Tnejn 4 sal-Ġimgħa 8 ta’ Novembru – Ġiet iċċelebrata l-Ġimgħa tal-Azzjoni Kattolika filparroċċa tagħna. Fiha ġew organizzati diversi attivitajiet fosthom żjara lill-anzjani fl-Isptar Ġenerali t’Għawdex, sagħtejn ta’ spiritwalità għal kulħadd, ħarġa għall-membri u adorazzjoni fil-knisja. Flgħeluq tal-ġimgħa ġiet iċċelebrata wkoll il-quddiesa ad unur ta’ Santa Gianna Beretta Molla. il-Ħadd 10 ta’ Novembru – Ġiet imnedija filparroċċa tagħna inizjattiva oħra b’rabta mas-sena tal-vokazzjonijiet. Din kienet tikkonsisti fl-“Offerta tat-tbatija għall-vokazzjonijiet”. Min xtaq jieħu sehem, seta’ jieħu l-impenn li joffri t-tbatija tiegħu għal dan il-għan billi jgħid kuljum talba apposta li tqassmet mal-bullettin. Mill-Ġimgħa 15 sal-Ħadd 17 ta’ Novembru 2019 – Fil-parroċċa ġew iċċelebrati l-Kwaranturi Mqaddsa. Matul il-ġranet tal-Ġimgħa u tas-Sibt diversi gruppi animaw xi sigħat ta’ adorazzjoni, li komplew għaddejjin matul il-lejl kollu ta’ bejn is- Sibt u l-Ħadd. Il-Kwaranturi laħqu l-qofol tagħhom il-Ħadd bil-konċelebrazzjoni solenni fl-4.00pm u wara purċissjoni b’Ġesù Ewkaristija, akkumpanjata mill-fratelli. Minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp ilpurċissjoni għaddiet minn Triq il-Knisja u Triq Ħelsien u mbagħad kellha ddur lura minn Triq Ein Karem u Triq San Żakkarija lejn il-knisja. Iċ-ċelebrazzjoni ġiet fi tmiemha bil-Barka Sagramentali. il-Ħamis 21 ta’ Novembru – Fil-parroċċa tagħna ġiet iċċelebrata l-festa ta’ Santa Teodora. Filgħaxija saret konċelebrazzjoni solenni li fiha saret ilpreżentazzjoni tal-adolexxenti li kienu qed jitħejjew biex jirċievu l-Ġriżma tal-Isqof. il-Ġimgħa 22 ta’ Novembru – Fil-knisja Rotunda sar kunċert fuq l-orgni bħala parti mill-Malta International Organ Festival 2019. il-Ġimgħa 29 ta’ Novembru – Saret quddiesa ta’ radd il-ħajr fl-okkażjoni ta’ Jum ix-Xewkija li kien qed jiġi organizzat mill-Kunsill Lokali. DiċeMbru 2019 il-Ħadd l-1 ta’ Diċembru - Ingħata bidu għażżmien tal-Avvent. Fi tmiem il-quddiesa tad-9.30am fil-knisja tagħna ġiet inawgurata siġra tal-Milied b’risq il-karità. It-tfal preżenti ġew mistiedna jqiegħdu fuq din is-siġra dekorazzjonijiet li fuqhom kien hemm miktub l-isem ta’ xi rigal. Imbagħad kulħadd kien mistieden biex jieħu xi waħda minn dawn id-dekorazzjonijiet, jixtri r-rigal li jkun hemm miktub fuqha u jqiegħdu taħt din is-siġra biex imbagħad jingħata lil xi persuna jew familja filbżonn fl-okkażjoni tal-festi tal-Milied. Illum ukoll, u fil-Ħdud kollha tal-Avvent, il-komunità parrokkjali kienet mistiedna biex flimkien mas-saċerdoti talparroċċa jitolbu t-talba tal-Għasar wara l-quddiesa tal-4.00p.m. il-Ħadd l-1 ta’ Diċembru – Ilum iż-żgħażagħ talparroċċa tagħna ħarġu jħabbtu bieb bieb biex jiġbru prodotti tal-ikel ħalli jingħataw bħala hampers tal- Milied lill-familji fil-bżonn. Illum ukoll fuq iz-zuntier tal-knisja sar il-Bake Sale tal-Milied b’risq ir-restawr tal-istatwa ta’ San Ġwann. il-Ħadd 8 ta’ Diċembru – Solennità tal-Kunċizzjoni. Fis-6.00am sar pellegrinaġġ parrokkjali għall-knisja tal-Kunċizzjoni fil-Qala fejn saret quddiesa mill- Arċipriet Mons. Daniel Xerri. il-Ġimgħa 13 u s-Sibt 14 ta’ Diċembru – Il-Kumitat Ċentrali tal-Festa fi ħdan il-parroċċa organizza għallewwel darba l-Christmas Market fil-pjazza tar-raħal tagħna. il-Ħadd 15 ta’ Diċembru – Tajna bidu għan-novena tal-Milied, bis-sehem tat-tfal u l-ġenituri. Ħa sehem ukoll il-kor tat-tfal. Wara l-Vanġelu l-kor offra kuljum għanja differenti tal-Milied li permezz tagħha twassal il-messaġġ tan-novena. Matul dawn il-jiem it-tfal kienu mistiedna wkoll iġibu xi rigal għal tfal oħra li huma fil-bżonn.