Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 57

55 setteMbru 2019 il-Ħadd l-1 ta’ Settembru – Fil-bullettin tal-parroċċa l-Arċipriet ħabbar li l-Kummissjoni Patrimonju Kulturali Kattoliku kienet tat l-approvazzjoni tagħha biex isir ix-xogħol ta’ restawr u konservazzjoni fuq l-istatwa ta’ San Ġwann Battista. Huwa ħabbar ukoll li kien ingħata bidu għall-proġett ta’ illuminazzjoni ġdida tal-knisja Rotunda minn barra. is-Sibt 21 ta’ Settembru – Ġiet iċċelebrata l-festa tal-Madonna tal-Ħniena. Filgħaxija sar pellegrinaġġ bl-inkwatru tal-Madonna madwar il-plots tal-Barmil waqt li ntqalet it-talba tar-rużarju. Wara, l-Isqof Mario Grech mexxa quddiesa li saret ħdejn ilplaying field tal-Barmil u li għaliha kienu mistiedna l-għarajjes li kienu ser jibdew il-laqgħat ta’ tħejjija għas-sagrament taż-żwieġ. Din il-festa waslet fi tmiemha permezz ta’ barbikju li l-qligħ minnu mar għall-proġett ta’ restawr tal-kampnar tal-kappella tal-Madonna tal-Ħniena. Mit-Tnejn 16 sal-Ġimgħa 20 ta’ Settembru – Saret Ġimgħa Museumina organizzata mill-Museum tas- Subien, li kienet tikkonsisti f’diversi konferenzi minn superjuri Maltin tal-Museum. Saret ukoll laqgħa għall-ġenituri tat-tfal tad-duttrina u adorazzjoni quddiem l-Ewkaristija. il-Ħadd 29 ta’ Settembru – Richard Hasthorpe, ta’ nazzjonalità Ingliża u residenti fil-parroċċa tagħna u li kien mgħammed fil-Knisja Battista, talab li jsir Kattoliku u wara mixja ta’ formazzjoni, huwa ġie milqugħ uffiċjalment fil-Knisja Kattolika mill- Isqof Mario Grech waqt il-quddiesa tad-9.30am li saret f’dan il-jum. Wara li għamel l-istqarrija tal-fidi tiegħu, Richard irċieva s-sagrament tal- Konfermazzjoni u t-Tqarbin Imqaddes. Anima l-kant il-Gozo Community Choir, li tiegħu Richard huwa ċ-chairman, taħt id-direzzjoni ta’ Peter Thomas. il-Ħadd 29 ta’ Settembru – Fuq il-bullettin tal-parroċċa tħabbar li l-Isqof Mario Grech kien għoġbu jibgħat lil Dun Gabriel Gauci, mill-Parroċċa ta’ Kerċem, biex jgħin fil-ħidma maż-żgħażagħ u l-adolexxenti tal-parroċċa tagħna. Fil-quddiesa tal- Ħadd l-Arċipriet feraħ lil Dun Gabriel u awguralu ħidma fejjieda fostna. ottubru 2019 Matul ix-xahar ta’ Ottubru l-Leġjunarji organizzaw it-talba tar-rużarju ħdejn il-playing field fiż-żona tal-Barmil u fil-pjazza ta’ Spagu kull nhar ta’ Erbgħa, kif ukoll fil-ġnien ta’ quddiem l-Iskola Primarja fi Triq il-Ħamrija kull nhar ta’ Ġimgħa. il-Ħadd 6 ta’ Ottubru - Ġiet iċċelebrata l-festa tal-Madonna tar-Rużarju. Fl-4.00pm saret konċelebrazzjoni solenni li tmexxiet mill-Arċipriet u li għamel prietka tal-okkażjoni Dun Gabriel Gauci. Kor Ulied il-Battista anima bil-kant tiegħu waqt din il-konċelebrazzjoni. Wara saret il-purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tar-Rużarju, akkumpanjata mill-fratelli. Fi tmiem il-purċissjoni ngħatat il-Barka Sagramentali. F’din l-okkażjoni sar talb partikolari għall-Isqof Mario Grech li fit-2 ta’ Ottubru kien ġie maħtur mill-Papa Franġisku bħala Prosegretarju tas-Sinodu tal-Isqfijiet. MID-DJARJU t a l - p a r r o ċ ċ a it-Tnejn 7 ta’ Ottubru – L-istatwa ta’ San Ġwann Battista ġiet meħuda fil-laboratorju tad-ditta PrevArti l-Mosta sabiex jibda x-xogħol ta’ restawr u konservazzjoni fuqha. it-Tnejn 7 ta’ Ottubru – Reġgħu bdew jiltaqgħu l-gruppi tal-Lectio Divina wara l-waqfa tas-sajf.