54
MID-DJARJU
t a l - p a r r o ċ ċ a
rigal lill-parroċċa sabiex jibda jindaqq mill-Banda
Prekursur waqt il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Ġwann
mill-knisja f’nhar il-festa.
Mill-erbgħa 19 sal-Ġimgħa 21 ta’ Ġunju – Dawn
kienu l-jiem tat-tridu bi tħejjija għall-festa ta’ San
Ġwann. Il-prietki tat-tridu saru minn Dun Richard N.
Farrugia, Rettur tas-Seminarju. L-għada s-Sibt, lejlet
il-festa, saret it-translazzjoni solenni bir-relikwija ta’
San Ġwann Battista u wara konċelebrazzjoni solenni
li fiha pprietka Dun Joseph Mercieca.
il-Ħadd 23 ta’ Ġunju – Jum il-festa. Fid-8.45am
sar il-pontifikal solenni li tmexxa mill-Isqof Mario
Grech. Dun Brendan Mark Gatt, Vigarju Ġudizjali tal-
Arċidjoċesi ta’ Malta niseġ il-paniġierku. Filgħaxija
saret il-purċissjoni li tmexxiet mill-Arċipriet Mons.
Daniel Xerri. Ħadet sehem il-Banda Prekursur.
it-Tnejn 24 ta’ Ġunju – Festa liturġika ta’ San Ġwann
Battista. Illum jaħbat ukoll il-25 anniversarju millordinazzjoni
saċerdotali tal-Arċipriet Mons. Daniel Xerri
u ta’ Dun Raymond Portelli mill-Parroċċa tan-Nadur.
Filgħaxija saret konċelebrazzjoni li tmexxiet mill-Isqof
Mario Grech. Fiha l-Arċipriet kif ukoll Dun Raymond
reġgħu ġeddew il-wegħdiet saċerdotali tagħhom.
Fi tmiem il-konċelebrazzjoni l-Isqof bierek kwadru
tal-Madonna ta’ Pinu li ser jinżamm fil-knisja tagħna
għall-qima tal-poplu Xewki, sabiex jibqa’ bħala tifkira
tas-Sena Marjana u tal-att ta’ affidament li għamilna
tal-parroċċa tagħna meta l-kwadru oriġinali tagħha
kien żar il-parroċċa tagħna fl-20 u l-21 ta’ Jannar ta’ din
is-sena fl-okkażjoni tal-400 sena minn meta l-Artist
Amadeo Perugino pitter dan il-kwadru mirakuluż.
lulJu 2019
il-Ħadd 14 ta’ lulju – Fil-bullettin tal-parroċċa
jitħabbar li kien għadu kemm inxtara lifter sabiex
jintuża waqt l-armar tal-knisja minn ġewwa. Dan
inxtara biex jiġu evitati s-slielem u tiġi mħarsa
s-sigurtà tal-persuni li jarmaw fil-knisja.
it-Tlieta 23 ta’ lulju – Saret laqgħa minn P. Twanny
Chircop OFM għal dawk li kienu ser jieħdu sehem
fil-pellegrinaġġ għall-Art Imqaddsa organizzat millparroċċa
tagħna bejn l-1 u d-9 ta’ Awwissu.
awwissu 2019
Mill-Ħamis l-1 sal-Ġimgħa 9 ta’ Awwissu – Ilparroċċa
organizzat pellegrinaġġ fl-Art Imqaddsa
li fih 50 persuna mill-parroċċa tagħna żaru diversi
postijiet qaddisa li għandhom rabta mal-ħajja
ta’ Ġesù u ma’ dik tal-patrun tagħna San Ġwann
Battista. Dan il-pellegrinaġġ ġie organizzat bi tħejjija
għas-sena 2020 li fiha konna ser infakkru l-175 sena
tal-istatwa ta’ San Ġwann Battista.
l-erbgħa 14 ta’ Awwissu – Diversi membri millparroċċa
tagħna ħadu sehem fil-velja ta’ Santa
Marija quddiem is-Santwarju tal-Madonna ta’
Pinu. Permezz ta’ din il-velja ġiet fi tmiemha s-Sena
Marjana li kienet ġiet iċċelebrata fl-okkażjoni tal-400
sena tal-kwadru tal-Madonna ta’ Pinu.
is-Sibt 17 u s-Sibt 24 ta’ Awwissu – L-Għaqda
Milied Xewkija organizzat seminar dwar il-bini talpresepju.
Dan sar fiċ-Ċentru Parrokkjali.
Mit-Tnejn 26 sal-erbgħa 28 ta’ Awwissu – Kienu
tlett ijiem ta’ tħejjija għall-festa tal-Martirju ta’ San
Ġwann. Saret quddiesa kuljum bis-sehem speċjali
tat-tfal, immexxija minn Dun Michael Said, Kappillan
tal-Munxar.
Mill-erbgħa 28 sal-Ħamis 29 ta’ Awwissu –
B’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Lokali u l-parroċċa
ġiet imtellgħa attività fil-pjazza fl-okkażjoni tal-festa
tal-Martirju.
il-Ħamis 29 ta’ Awwissu – Fl-okkażjoni tal-festa tal-
Martirju ta’ San Ġwann saret quddiesa pontifikali li
ġiet immexxija mill-Isqof Giovanni Cefai MSSP fejn
saret ukoll ġabra b’risq il-missjoni tiegħu fil-Peru.