53
... mid-Djarju
tal-Parroċċa Ġunju 2018 - mejju 2019
mario attard
ġunJu 2019
it-Tlieta 4 ta’ Ġunju – Il-Gozo Community Choir,
immexxi minn Peter Thomas, tella’ kunċert fil-knisja
Rotunda. Dan il-kunċert kien jinkludi fih diversi
siltiet, kemm moderni kif ukoll klassiċi. Fl-aħħar,
Peter Thomas daqq “Xewkija Toccata” li kkompona
hu stess b’dedika speċjali għall-Parroċċa tax-Xewkija.
l-erbgħa 5 ta’ Ġunju – Numru sabiħ ta’ parruċċani
ħadu sehem fil-quddiesa li saret fis-Santwarju
tal-Madonna ta’ Pinu u li fiha l-Isqof Mario Grech
għamel l-att ta’ affidament tad-Djoċesi lill-Madonna,
fl-okkażjoni tas-Sena Marjana.
il-Ħamis 6 ta’ Ġunju
– Saret iċ-ċerimonja
tal-inawgurazzjoni
tat-tużell tal-festa
li kien għadu kif
ġie restawrat. I t-
trasport tar-rakkmu
sar minn Lawrence
Caruana mill-Birgu
waqt li r-restawr talinduratura
fuq l-injam
sar mid-ditta PrevArti
tal-Mosta. Waqt din isserata
li ġiet mtellgħa
fil-knisja, ngħata tagħrif dwar l-interventi diversi li
saru fuqu f’dawn l-aħħar sentejn, filwaqt li l-Arċipriet
spjega t-tifsira reliġjuża tat-tużell.
l-erbgħa 12 ta’ Ġunju – Tajna bidu għall-festi ad
unur ta’ San Ġwann Battista. Peress li konna ninsabu
fis-Sena Marjana, il-komunità parrokkjali ħadet sehem
f’quddiesa mmexxija mill-Arċipriet fis-Santwarju tal-
Madonna ta’ Pinu. Anima l-kant il-kor tat-tfal Ulied
il-Battista. Wara tlabna wkoll ir-Rużarju u ġeddidna
l-affidament tal-parroċċa tagħna lill-Madonna.
il-Ħamis 13 ta’ Ġunju – Fit-8.00pm saret velja
ta’ talb li tmexxiet miż-żgħażagħ tal-parroċċa. Fi
tmiemha sar il-ħruġ tal-istatwa ta’ San Ġwann
Battista min-niċċa fost il-kant u ċ-ċapċip tal-poplu.
Il-velja ntemmet bil-Barka Sagramentali. Imbagħad,
rappreżentanti tad-diversi Kumitati u Għaqdiet
tal-festa offrew bukkett fjuri lil San Ġwann bħala
att ta’ qima.
is-Sibt 15 ta’ Ġunju – F’dan it-tielet jum tan-novena
bi tħejjija għall-festa ta’ San Ġwann Battista, saret
konċelebrazzjoni mmexxija mill-Isqof Mario Grech
li fiha amministra s-sagrament tal-Konfermazzjoni
lil grupp ta’ 25 adolexxent mill-parroċċa tagħna.
il-Ħadd 16 ta’ Ġunju – F’dan ir-raba’ jum tannovena,
saret konċelebrazzjoni mmexxija mill-
Arċipriet Mons. Daniel Xerri li fiha grupp ta’ 18-il tifel
u tifla rċivew l-Ewwel Tqarbina. Fi tmiem il-quddiesa
saret purċissjoni b’Ġesù Ewkaristija mat-toroq tarraħal,
li ntemmet bil-Barka Sagramentali fil-knisja.
Illum ukoll fil-knisja ġew esebiti erba’ bukketti ġodda
tal-ganutell. Dawn inħadmu minn Vicky Xerri, li tiġi
omm l-Arċipriet Mons. Daniel Xerri. Ġew mogħtija
lill-knisja tagħna fl-okkażjoni tal-25 sena millordinazzjoni
saċerdotali ta’ binha sabiex jintramaw
fuq l-altar tas-sagrament fil-jiem tal-festa.
it-Tlieta 18 ta’ Ġunju – Bħala parti mill-jiem talfesta,
is-sitt jum tan-novena kien iddedikat għallvokazzjonijiet.
Filgħaxija saret quddiesa li tmexxiet
minn Dun Brian Mejlak, Kappillan tal-Parroċċa ta’
Kerċem u fiha saret ukoll il-vestizzjoni ta’ ħames
abbatini ġodda. Dawn kienu: Aiden Formosa,
Einathan Galea, Luke Mifsud, Francesco Mompalao
u Jan Sacco. Wara l-quddiesa saru refreshments
fis-sagristija u l-abbatini l-ġodda qasmu kejk talokkażjoni.
it-Tlieta 18 ta’ Ġunju – Waqt programm mużikali
quddiem il-każin tal-Banda Prekursur, li ttella’ bħala
parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-festa ta’ din is-sena,
indaqq għall-ewwel darba l-innu l-ġdid bl-isem
“Għażiż Ġwanni Patrun tagħna”. Dan l-innu, li ġie
kkummissjonat mill-Għaqda Żgħażagħ Brijużi
Xewkin, għandu lirika ta’ Mario Borg u mużika
ta’ Mro Mark Gauci. Dan l-innu ġie mogħti bħala
MID-DJARJU
t a l - p a r r o ċ ċ a
Ritratti: Frans Galea / Mario Xerri