52
Dun Charles Sultana, Kappillan tal-parroċċa
ta’ San Lawrenz.
Wara l-quddiesa tingħad il-Kurunella,
Antifona u Barka Sagramentali.
is-Sibt 20 ta’ Ġunju:
jum ta’ talb għall-emigranti, lejlet il-festa
9.00am: Quddiesa minn Mons. Carmelo Mercieca,
eks-Arċipriet tal-parroċċa, li fiha jsir il-kant
tat-Te Deum b’radd ta’ ħajr lil Alla.
F’nofsinhar titqassam ikla tal-festa b’xejn lillirġiel
tal-parroċċa li jgħixu weħidhom.
6.30pm: Quddiesa solenni mmexxija minn Mons.
Eddie Zammit, b’talb speċjali għall-emigranti.
Jipprietka Dun Anthony Bajada.
Wara l-quddiesa tingħad il-Kurunella,
Antifona u Barka Sagramentali.
il-Ħadd 21 ta’ Ġunju:
jum il-festa parrokkjali
Il-quddies llum ikun fis-6.00am, fis-7.30am, fid-9.00am,
fil-11.00am, fil-5.00pm u fis-7.00pm.
9.00am: Quddiesa pontifikali mmexxija mill-E.T.
Mons. Isqof Mario Grech, Amministratur
Appostoliku għad-djoċesi ta’ Għawdex, li fiha
jagħmel l-omelija tal-okkażjoni.
7.00pm: Quddiesa solenni mmexxija mill-Arċipriet
Mons. Daniel Xerri.
Wara l-quddiesa tingħad il-Kurunella,
Antifona u Barka Sagramentali.
it-Tnejn 22 ta’ Ġunju:
175 anniversarju tal-wasla tal-istatwa titulari
6.30pm: Quddiesa solenni ta’ radd il-ħajr immexxija
mill-Arċipriet Mons. Daniel Xerri.
Wara l-quddiesa ssir serata kommemorattiva
fl-okkażjoni tal-175 sena mill-wasla talistatwa
ta’ San Ġwann Battista fostna.
Jingħata wkoll tagħrif dwar ir-restawr li
għadu kemm sar fuq l-istatwa.
it-Tlieta 23 ta’ Ġunju:
Vġili tas-solennità liturġika ta’ San Ġwann Battista
6.00pm: Talb tal-ewwel Għasar.
6.30pm: Quddiesa solenni tal-vġili mmexxija minn
Dun Salv Vella. Waqt il-quddiesa ssir katekeżi
minn P. Marcello Ghirlando OFM.
Wara l-quddiesa tingħad il-Kurunella,
Antifona u Barka Sagramentali.
l-erbgħa 24 ta’ Ġunju:
Solennità liturġika tat-twelid
ta’ San Ġwann Battista
Il-quddies llum ikun fis-6.00am, fis-7.30am, fid-9.00am,
fil-11.00am u fis-6.30pm.
8.30am: Talb tat-tifħir ta’ sbieħ il-jum.
6.00pm: Talb tat-tieni Għasar.
6.30pm: Quddiesa solenni mmexxija mill-E.T. Mons.
Isqof George Bugeja, li fiha jagħmel l-omelija
tal-okkażjoni. Issir ġabra b’risq il-missjoni tal-
Isqof Bugeja ġewwa l-Libja.
Wara l-quddiesa tingħad il-Kurunella,
Antifona u Barka Sagramentali.
· F’linja mad-direttivi maħruġa mill-Konferenza
Episkopali Maltija u mill-Awtoritajiet tas-
Saħħa, dawk kollha li jieħdu sehem f’dawn ilfunzjonijiet
għandhom jużaw maskra jew visor
waqt li jkunu fil-knisja, iżommu d-distanza
meħtieġa u jimxu fuq l-indikazzjonijiet
mogħtija lilhom mill-ushers.
Tikka Kultura
· Il-funzjonijiet kollha ser ikunu mxandra b’mod dirett
fuq Radju Prekursur 99.3FM Stereo u kif ukoll fuq il-
YouTube channel tal-istess radju.
· Il-funzjonijiet ta’ filgħaxija tal-Erbgħa 17, il-Ħamis 18
u s-Sibt 20, kif ukoll tal-Ħadd 21 filgħodu u tal-Erbgħa
24 filgħaxija ser ikunu mxandra wkoll fuq Xejk TV.
Matul il-Ħamisijiet ta’ San Ġwann ta’ din is-sena hekk partikolari, it-tim tar-rivista
Gourgion ħaseb biex itella’ 10 features qosra miġbura f’sensiela msejħa ‘Tikka
Kultura’. F’din l-ewwel skeda tagħha is-sensiela ffukat prinċipalment fuq dak li wassal
biex 175 sena ilu tasal fostna l-istatwa fostna. Tajna ħarsa lejn il-bidu tal-kult lejn
il-Battista fix-Xewkija, il-knisja Parrokkjali u l-iżviluppi matul is-snin u anke l-opri
tal-arti b’mod partikolari dawk marbuta mal-Battista. Jekk forsi ma rajthomx jew
tixtieq terġa ssegwihom tista’ tiskennja din il-QR code jew tidħol fuq il-link.
https://www.facebook.com/watch/Gourgion/3049622228435482/