51
Programm tal-Festi f’ġieħ
San Ġwann
Battista
fil-Knisja Arċipretali
Rotunda tax-Xewkija,
Santwarju Djoċesan u Sede Spiritwali
tal-Ordni Sovran
tal-Kavallieri ta’ Malta
fl-okkażjoni tal-175 sena tal-istatwa titulari
15 - 24 ta’ Ġunju 2020
it-Tnejn 15 ta’Ġunju:
jum ta’ talb għall-vokazzjonijiet
Mill-11.00am sa nofsinhar issir siegħa adorazzjoni
quddiem Ġesù Ewkaristija.
6.30pm: Quddiesa bil-prietka minn Dun Gabriel Gauci
b’talb speċjali għall-vokazzjonijiet. Mistiedna
b’mod partikulari l-familji tal-abbatini.
Matul din il-ġimgħa ser jinġabru għotjiet
tal-ikel biex jitqassmu lill-familji fil-bżonn.
it-Tlieta 16 ta’ Ġunju:
jum ta’ talb għall-voluntiera
u l-Għaqdiet tal-parroċċa
Kampanja ta’ għoti tad-demm. Illum bejn is-1.00pm u
l-5.00pm aħna mħeġġin immorru nagħtu d-demm fil-
Berġa tax-Xewkija. Nistiednu b’mod speċjali lill-membri
tal-Kumitati tal-festa biex jagħmlu dan il-ġest ta’ karità.
Ejjew inkomplu nistinkaw biex matul din is-sena niġbru
175 borża demm, fl-okkażjoni tal-175 sena tal-istatwa
tal-Patrun tagħna.
6.30pm: Quddiesa bil-prietka minn Dun John Mejlak
b’talb speċjali għall-membri tal-komunità
tagħna li mietu fi żmien il-pandemija tal-
Covid-19 u li minħabba f’hekk ma setax
isirilhom funeral fil-knisja. Mistiedna b’mod
speċjali l-familjari tagħhom.
l-erbgħa 17 ta’ Ġunju:
jum il-Konsagrazzjoni tar-rotunda,
l-ewwel jum tat-Tridu
6.30pm: Quddiesa solenni tal-ewwel jum tat-Tridu
mmexxija minn Mons. Ġorġ Mercieca, b’talb
speċjali għall-benefatturi kollha ħajjin u
mejtin tal-parroċċa tagħna. Jipprietka Dun
Charles Sultana, Kappillan tal-parroċċa ta’
San Lawrenz.
Wara l-quddiesa tingħad il-Kurunella,
Antifona u Barka Sagramentali.
il-Ħamis 18 ta’ Ġunju:
jum ta’ talb għal ħutna l-morda,
it-tieni jum tat-Tridu
9.00am: Quddiesa mill-Kan. Franklin Vella b’talb
speċjali għall-morda tal-parroċċa.
6.30pm: Quddiesa solenni tat-tieni jum tat-Tridu
mmexxija minn Dun Ġwann Mizzi. Jipprietka
Dun Charles Sultana, Kappillan tal-parroċċa
ta’ San Lawrenz.
Wara l-quddiesa tingħad il-Kurunella,
Antifona u Barka Sagramentali.
il-Ġimgħa 19 ta’ Ġunju:
Solennità tal-Qalb ta’ Ġesù,
it-tielet jum tat-Tridu
Ġurnata adorazzjoni minn wara l-quddiesa tad-9.00am
sal-5.00pm. Mill-11.00am sa nofsinhar issir
siegħa animata mill-Arċipriet.
5.30pm: Insegwu fuq T VM2 l-ordinazzjoni ta’
presbiteru u żewġ djakni ġodda għad-djoċesi
ta’ Għawdex, li ser issir fil-pjazza ta’ quddiem
is-Santwarju tal-Madonna Ta’ Pinu.
7.30pm: Quddiesa solenni tat-tielet jum tat-Tridu
mmexxija minn Dun Mikiel Xuereb, b’talb
speċjali għall-qdusija tas-saċerdoti. Jipprietka