Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 50

48 Vara tat-titular mInn Charlon Cutajar Lejn nofs l-elf u tmien mija, meta ħarġet l-aħbar, li statwa tal-Battista, f’dar-raħal ser tinġab. Kien l-Kappillan Vella, li ġewwa Bormla mar, biex jordna din l-istatwa, vara tat-titular. Pietru Pawl Azzopardi, għamlilna kapulavur, biex nibqgħu nfaħħru ħiltek, tassew hu ħareġ bl-unur. Kemm stennew ta’ qabilna, kurżità kbira biex jaraw, kif ser jiġi l-Patrun tagħhom, U jifirħu u jkantaw. Il-ġimgħat bdew igerbu, xhur għaddew u anke snin, sakemm raw quddiem għajnejhom, xogħol sabiħ mill-aktar fin. Kien it-tnejn u għoxrin ta’ Ġunju, elf, tmien mija, ħamsa u erbgħin, Meta f’dar-raħal ġrat miġja, li fetħet beraħ, l’għajnejn. Kapolavur mill-aqwa, ta’ mastru Pietru Pawl, imnaqqax f’zokk ta’ tuta, Li aħna għadna naraw. Qalbhom imtliet koll’ għożża , b’dak li quddiemhom raw, U festa wara l-oħra , twelidek niċċelebraw. Qaddis, l-akbar profeta, Ta’ Kristu il-Prekursur, Int l-għaxqa tax-Xewkija, Lejk imħabbitna tfur. 175 sena fostna