Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 48

46 Logo għal din is-sena speċjali - 2020 Għal din is-sena li fiha qed niċċelebraw il-175 sena mill-miġja fostna tal-istatwa ta’ San Ġwann Battista, ġie mħejji logo apposta biex ifakkar dan il-ġublew tal-istatwa. Il-logo, xogħol ta’ Paul Falzon, jirrappreżenta l-istatwa ta’ San Ġwann Battista bil-kelmiet “175 sena fostna”. Taħt l-istatwa jidhru bħal żewġ raġġi bil-kuluri tar-raħal tax-Xewkija, l-isfar u l-aħmar u fuqhom is-snin 1845-2020. Waqt li dawn ir-raġġi jitilqu minn punt preċiż tal-Istorja, jidhru miftuħin lejn il-futur, bit-tama li l-parroċċa tagħna tibqa’ tgawdi anke fil-ġejjieni l-ħarsien tal-Qaddis Patrun tagħha San Ġwann Battista.