44
il-partijiet kollha, li kien hemm diversi minnhom, fejn
kien hemm ix-xquq fl-injam. Kien hemm xi xquq li
kienu kbar, speċjalment fl-ispalla ta’ San Ġwann kif
ukoll aktar ’l isfel u fis-saqajn. Kien evidenti li dawn
kienu mimlijin bil-ġibs. Għalhekk tneħħa dan il-ġibs u
wasalna propju sal-post minn fejn kien beda jinfetaħ
l-injam. L-injam ġie ttrattat u kkonsolidat u wara dawn
il-partijiet imtlew b’materjal kompatibbli li jintuża llum
fir-restawr. Huwa materjal abbażi tal-injam li jintuża
bħala filler. Dan għandu l-kapaċità li jagħmel moviment
mal-injam u allura jgħin biex nippreservaw din l-opra
ta’ arti. Dan il-filler ġie mgħotti b’saff irqiq ħafna ta’ ġibs
li fuqu jkun se jirċievi l-kulur.
L-irtokk
Il-fażi li kien imiss kienet dik tal-irtokk. Nista’ ngħid li din
kienet sfida minħabba l-wiċċ (surface) tal-istatwa. Meta
jkollok surface li hu tal-injam, lixx ħafna, trid taħdem fi
strati differenti; l-irtokk ried jinbena ftit ftit.
L-irtokk huwa minimu, riversibbli u sar biss fejn kien
hemm bżonn. Ix-xogħol li għamilna hu xogħol ta’
konservazzjoni, jiġifieri dak li hu oriġinali bżajna għalih
u żammejnieh.
L-aħħar proċess
Wara l-irtokk kien imiss issa li tingħata l-protezzjoni
meħtieġa lill-istatwa: il-verniċ finali. Fil-bidu nibdew
bil-verniċ li jkun ileqq biex jinkixfu l-kuluri propja u
wkoll biex jidhru d-difetti kollha u nkunu nistgħu naraw
fejn hemm il-ħtieġa ta’ rtokk. Imbagħad, fl-aħħar, saff
wara ieħor jingħata l-verniċ aktar matt skont id-dehra
finali li wieħed ikun irid jasal għaliha.
Saret ukoll protezzjoni apposta fil-partijiet fejn is-salib
imiss mal-istatwa, speċjalment mal-id u mal-ispalla
tal-istatwa. Hekk jiġi evitat li terġa’ ssir ħsara f’dawn
il-partijiet tal-istatwa fil-futur.
Il-pedestall
Mal-istatwa ta’ San Ġwann Battista kellna wkoll ilpedestall
tiegħu. Dan kien ġie indurat kompletament
mill-ġdid ħamsa u għoxrin sena ilu u baqa’ fi stat
tajjeb ħlief għal ċerti xquq li nħolqu bil-moviment,
speċjalment fil-ġonot. Minħabba li l-pedestall qed
iżomm fuq erba’ saqajn, kien evidenti li l-piż kollu
kien qed jaqa’ fuq dawn is-saqajn. Għalhekk, qabel ma
ħadnieh fil-laboratorju tagħna, il-Parroċċa tax-Xewkija
ħadet ħsieb li ssir struttura tal-ħadid li teħel taħtu, minn
ġewwa, b’tali mod li l-piż terfgħu kollu hi.
Ix-xquq li kien hemm fl-injam tal-pedestall ġew
miftuħa, ikkonsolidati u mimlijin bil-ġibs. Imbagħad
wara ġew indurati skont it-teknika tal-induratura, itteknika
tal-water guilding, fejn partijiet jiġu jleqqu u