Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 45

43 It-tip ta’ injam użat Xtaqna wkoll li nidentifikaw it-tip ta’ injam li minnu hi magħmula l-istatwa titulari ta’ San Ġwann Battista. Għal dan il-għan, ittieħed kampjun żgħir ta’ injam li ġie analizzat taħt mikroskopju. B’hekk stajna nidentifikaw li l-injam użat huwa injam tas-siġra tal-arżnu. Testijiet preliminari Wara li kien lest il-proċess tal-anoxia, stajna nibdew it-testijiet tagħna. Saru testijiet żgħar fuq il-ġenb talistatwa biex niddeterminaw liema hu l-aħjar metodu, kimika u materjali sabiex isir it-tindif u konsolidament li kien hemm bżonn. Inbeda wkoll il-proċess fejn infetħu dawk il-partijiet fejn l-injam beda jixpakka biex isiru testijet tal-mod kif se naħdmu. Il-proċess tat-tindif Wara t-testijiet li saru, beda l-proċess ta’ tindif. Konna nafu li l-polikramija li għandha l-istatwa llum mhix dik oriġinali ta’ Pietru Pawl Azzopardi. Stajna naraw diversi livelli ta’ żebgħa: dak tal-irtokki l-iktar riċenti u taħthom iż-żewġ saffi ta’ żebgħa tal-Pittur Giuseppe Briffa. Xi ħaġa interessanti li sibna hi illi Briffa għamel żewġ saffi ta’ żebgħa. Jingħad illi l-ewwel darba li kien żebagħha kienet pjuttost ċara u ma kinitx intgħoġbot u allura reġa’ żebagħha bil-kuluri li għandha llum. B’mod partikulari fil-partijiet fejn kien hemm il-ħsarat, stajna naraw ukoll iż-żebgħa oriġinali. Kemm il-kulur aħmar kif ukoll l-aħdar kienu aktar qawwijin. B’konsultazzjoni mal-Arċipriet Monsinjur Daniel Xerri, ittieħdet id-deċiżjoni li tinżamm l-aħħar polikramija ta’ Briffa. Din kienet deċiżjoni importanti għaliex dawn il-kuluri huma parti mill-istatwa kif jafuha n-nies illum. Kien importanti li ma jkunx hemm differenza kbira filpolikramija minn kif imdorrijin jarawha d-devoti. Neħħejna l-akkumulazzjoni tal-ħmieġ flimkien malirtokk li sar fl-aħħar restawr fuq iż-żebgħa ta’ Briffa. Hawnhekk ħarġu wkoll ċerti tbajja’ ta’ moffa li kienu ġew mgħottija bl-irtokk. Wara li ttrattajna dawn it-tbajja’, eventwalment għattejniehom xħin erġajna rtokkjajna. Hekk, bilmod il-mod bdew ħerġin il-kuluri ta’ Briffa, partikularment il-kulur tal-karnaġġjon. B’dan il-mod ġiet ippreservata l-polikramija ta’ Briffa u l-kulur ġie iktar unit. Matul il-proċess tat-tindif, sar ukoll il-konsolidament ta’ partijiet taż-żebgħa li kienet qed tinqala’. Ħidma strutturali Wara l-proċess ta’ tindif, għaddejna biex naħdmu fuq dak li huwa strutturali. Hawnhekk ittrattajna dawk