Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 37

35 2. Restawr u Konservazzjoni tal-Pedestall Flimkien mal-istatwa kien hemm bżonn ukoll li jsir xi restawr fuq il-pedestall tagħha. Dan kien ġie indurat mill-ġdid fl-1995, imma maż-żmien kien ġarrab xi ħsarat u kellu diversi qsim jew induratura maqlugħa. Ix-xogħol ta’ restawr u konservazzjoni tiegħu sar mill-istess kumpanija PrevArti. Aktar dettalji ssibuhom fl-istess artiklu ta’ Pierre Bugeja.