Gourgion Ġunju 2020 - Għadd 62 | Page 36

34 Fl-okkażjoni tal-175 sena tal-istatwa ta’ San Ġwann Battista, il-parroċċa ħasbet biex tirrestawra din l-istatwa artistika li kienet inħadmet fl-injam minn Pietru Pawl Azzopardi fl-1845. Ġie restawrat ukoll il-pedestall tagħha, sar xogħol ta’ rinovazzjoni u tisbiħ tan-niċċa u ngħata bidu għal proġett ta’ bankun u bradella ġodda għall-istess statwa titulari. 175 sena fostna PROĠETTI FL-OKKAŻJONI TAL-175 SENA TAL-ISTATWA TA’ SAN ĠWANN BATTISTA 1. Restawr u Konservazzjoni tal-Istatwa Il-proġett ta’ restawr u konservazzjoni tal- istatwa ġie afdat f ’idejn ilkumpanija PrevArti, li s-sena ta’ qabel kienet wettqet b’mod professjonali proġett ieħor fil-parroċċa tagħna, dak tar-restawr u l-konservazzjoni tat-tużell tal-festa.Wara li nkisbu l-permessi meħtieġa mill-Kurja tal- Isqof u mill-Kummissjoni Patrimonju Kulturali Kattoliku, l-istatwa ta’ San Ġwann Battista ġiet trasportata fillaboratorju ta’ PrevArti fil-Mosta fis-7 ta’ Ottubru 2019, fejn ingħata bidu mill-ewwel għax-xogħol fuqha. Aktar dettalji dwar dan ix-xogħol li sar fuq l-istatwa ssibu fl-artiklu ta’ Pierre Bugeja, f’paġna 41 ta’ din ir-rivista. Id-dijadema tal-istatwa, li hi taddeheb, ġiet imnaddfa u restawrata minn George Farrugia, li jaħdem iddeheb u li hu iben il-parroċċa tagħna; filwaqt li s-salib ta’ San Ġwann, li hu tal-fidda, ġie bbanjat mill-ġdid bid-deheb mill-aħwa Deo u Mario, ulied l-arġentier Tarcisio Cassar taż- Żejtun. Dan is-salib kien inħadem minn Saverio Cannataci fl-1848, waqt li d-dijadema nħadmet minn Ġużeppi Pirotta fl-1961. L-istatwa ta’ San Ġwann waqt ir-restawr u konservazzjoni mill-kumpanija PrevArti Id-dijadema tal-istatwa, wara li ġiet imnaddfa u restawrata minn George Farrugia Is-salib ta’ San Ġwann, li hu tal-fidda, ġie bbanjat mill-ġdid bid-deheb mill-aħwa Deo u Mario Cassar